SlideShare uma empresa Scribd logo
1 de 34
11.10.12 – 24.11.13
Mill-bidu, il-Katekeżi kien
maħsub biex:
-> jkun hemm dixxipli;
-> isibu għajnuna fil-ħajja
tal-fidi;
-> bil-fidi ikollom ħajja
f’ Ġesù;
-> imrawwmin fil-ħajja
nisranija;
-> jinbena l-Ġisem ta’ Kristu.
11.10.12 – 24.11.13
Il-bżonn tal-Katekeżi
-> trawwim fil-fidi għall-
kulħadd;
-> tagħlim tad-duttrina
Nisranija;
-> tagħlim organiku u
sistematiku;
-> tagħlim li jwassal għall-
milja tal-ħajja Nisranija.
Mela, hemm rabta intrinsika
bejn il-katekeżi u l-fidi.
11.10.12 – 24.11.13
Il-Katekiżmu espożizzjoni ta’:
-> essenza u fondament
tad-duttrina Kattolika;
-> fidi u morali
-> fid-dawl tal-Konċilju u
t-Tradizzjoni tal-Knisja.
Il-Katekiżmu huwa sors ta’ kif
tikber fil-fidi kif temmen
il-Knisja skont it-tagħlim u t-
Tradizzjoni tagħha.
11.10.12 – 24.11.13
-> Il-Fidi u l-Magħmudija
għandhom iwasslu għax-
Xhieda (jien xhud ta’ Kristu);
-> Il-Katekiżmu juri x’inhi r-
Rivelazzjoni...i.e. Alla li juri lilu
nnifsu lil bniedem; Alla li jidħol
fl-istorja tal-bniedem; Alla li
jgħamel l-ewwel pass u jersaq
lejn il-bniedem li huwa ħalaq;
11.10.12 – 24.11.13
-> Fl-istess waqt, hemm bżonn
li l-bniedem jagħti risposta,
iwieġeb lil Alla;
-> Din it-tweġiba tal-bniedem
jgħamilha bil-Fidi;
-> Bil-Fidi, l-bniedem jgħaraf ‘l
Alla bħala (i) Il-Prinċipju;
(ii) Salvatur; u
(iii) Dak li jqaddisna;
-> Dan hu t-twemmin
tagħna...dan hu l-Kredu li
nistqarru kull nhar ta’ Ħadd.
11.10.12 – 24.11.13
Għan tal-Katekiżmu:
• X’inhi d-duttrina;
• Għarfien fil-fond tal-fidi;
• Il-milja tal-fidi;
• Il-Fidi trabbi għeruq; u
• Fidi viżibbli permezz
tax-xhieda.
Mela, l-Katekiżmu huwa sors
ta’ għarfien, sosten u
applikazzjoni ta’ dak li jien
nemmen.
Dan it-twemmin insibu fil-
Katekiżmu u għalhekk nista’
nserraħ moħħi li huwa tajjeb.
11.10.12 – 24.11.13
Il-Fidi:
• Xi tfisser li ‘temmen’?
Din hi mistoqsija mportanti
qabel ma ngħamel l-istqarrija
tal-fidi jew niċċelebra
l-Litruġija.
11.10.12 – 24.11.13
Il-Fidi:
• Twegiba lil Alla
F’min?
• Lil Alla li juri lilu nnifsu
Għaliex?
• Huwa Alla li jagħti raġuni tal-
għixien u l-eżistenza tagħna
Il-bniedem ma jistgħax jibqa’
indifferenti quddiem Alla u dak
li uriena fuqu nnifsu.
11.10.12 – 24.11.13
Alla personali; il-Grazzja, il-
Fidi u r-Raġuni
• Alla ta’ lill-bniedem il-fakultà
li jagħarfu.
• Alla personali
• Alla u l-bniedem f’relazzjoni
• Alla li jagħti l-grazzja
• Fidi u Raġuni mhux kontra
xulxin
Alla li ħalaq il-bniedem tah
ukoll il-grazzja biex jagħarfu u
jkollu relazzjoni personali
miegħu. Il-Fidi u r-raġuni
flimkien: esperjenza ta’ Alla.
11.10.12 – 24.11.13
Il-Fidi u l-Patt il-Ġdid
• Il-wegħda ta’Alla hi għal
dejjem;
• Ma hemmx revelazzjoni
oħra;
• Dehra glorjuża ta’ Ġesú;
• Revelazzjoni ntemmet (dak
li ried jgħidilna Alla diġa
qalulna);
• Il-fidi nisranija li tgħini
nifhem u nara tul iż-
żminijiet. (reading the signs
of times)
66. “Il-Patt il-Ġdid hu definittiv u
għal dejjem, għalhekk iż-żmien
tal-ekonomija nisranija qatt ma hu
se jgħaddi, u m’għandniex
nistennew ebda rivelazzjoni
pubblika ġdida f’dan iż-żmien qabel
id-dehra glorjuża ta’ Sidna Ġesù
Kristu”.
Iżda, għalkemm ir-Rivelazzjoni
ntemmet, għad ma ħarigx beraħ
għal kollox kull ma fiha, hi l-fidi
nisranija li trid tifhem u tara, bil-mod
il-mod tul iż-żminijiet, kull ma fiha
r-Rivelazzjoni.
11.10.12 – 24.11.13
Rivelazzjoni u Fidi Waħda
• Il-qofol u l-unika
Rivelazzjoni huwa Ġesú
Kristu hekk kif urieh il-
Missier u kif twassalulna
l-Knisja, li tagħha, Ġesú hu
r-Ras.
• Kull veritá oħra li nisimgħu
minn sorsi oħra, ma jistgħux
jiġu aċċettati mill-fidili.
• Aħna mħeġġin li nkunu nafu
l-fidi tagħna: F’min Nemmen.
67. Il-fidi nisranija ma tistax
taċċetta xi “rivelazzjonijiet” li
jippretendu jgħaddu jew
jikkoreġu r-Rivelazzjoni li
tagħha l-qofol hu Kristu. Hu l-
każ ta‟ xi reliġjonijiet mhux
insara, u wkoll ta‟ xi setet ta‟
żmienna li jibbażaw ruħhom
fuq rivelazzjonijiet bħal dawn.
11.10.12 – 24.11.13
Depositum Fidei
• Il-Fidi (teżor): Tradizzjoni u
Skrittura;
• Fdat mill-Appostli lill-Knisja;
• Jintrabat flimkien mar-ragħajja;
• Fit-tagħlim tal-Appostli, fl-
għaqda bejn kulħadd, fil-qsim
tal-ħobż u fit-talb;
• Fil-ħarsien, fil-ħajja u fl-
istqarrija tal-fidi, ikun hemm
għaqda singulari.
• Il-Knisja ġiet afdata b’dan it-
Teżor (fidi) u li dan insiebuh kemm
fit-Tradizzjoni Appostolika kif
ukoll fl-iSkrittura...Dawn huma
Font Wieħed tar-Rivelazzjoni.
84. “It-teżor imqaddes” (1 Tim 6,20; 2
Tim 1,12-14) tal-fidi (depositum fidei), li
jinsab fit-Tradizzjoni u fl-Iskrittura
Mqaddsa, ġie fdat mill-Appostli
lill-Knisja kollha. “Il-poplu qaddis
ta‟ Alla kollu, huwa u jintrabat ma‟
dan il-wirt, flimkien mar-ragħajja
tiegħu, jibqa‟ dejjem sħiħ fit-
tagħlim tal-Appostli, fl-għaqda
bejn kulħadd, fil-qsim tal-ħobż u
fit-talb, hekk li fil-ħarsien, fil-ħajja
u fl-istqarrija tal-fidi li twasslitlu,
ikun hemm, bejn ir-ragħajja u l-
fidili, għaqda fl-ispirtu tassew
singulari”.
11.10.12 – 24.11.13
Il-Maġisteru u l-Kelma ta‟ Alla
• Il-Kelma ta‟ Alla fuq kollox;
• Il-Maġisteru għall-qadi tal-
Kelma;
• Il-Maġisteru:
 jisma,
 iħarisha,
 ifissirha
 bit-tjieba,
 bil-qdusija,
 bil-fedeltá
• Nemmnu li dak li irrevelalna
Alla nnifsu permezz tal-Kelma,
(l-iSkrittura kollha), nemmnuh
bhala dak li jrid Alla li nemmnu
biex insalvaw.
86. “Għalhekk dan il-Maġisteru,
mhux aqwa mill-Kelma ta‟ Alla
imma hu għall-qadi tagħha, billi
jgħallem dak biss li ġie trasmess,
għaliex b‟ordni ta‟ Alla u
bl-għajnuna tal-Ispirtu s-
Santu, irid jisma‟ din il-Kelma bi
tjieba, iħarisha bi qdusija u
jfissirha b‟fedelta sħiħa, u minn
dan
id-depożitu waħdieni tal-fidi
jrid jieħu dak kollu li jipproponi
biex jitwemmen bħala rivelat
minn Alla”.
11.10.12 – 24.11.13
Il-Maġisteru tal-Knisja
• L-awtoritá li ġejja minn Kristu;
• Jiddefinixxi dommi ta‟ Fidi;
• Li torbot b‟rabta ta‟ Fidi;
• Veritajiet li jinsabu fir-
Rivelazzjoni; jew
• li għandhom rabta necessarja
magħhom.
Il-Maġisteru jservi l-Kelma
(Logos) ta‟ Alla u li ma jgħidx
xejn ġdid ħlief dak li ġie fdat
lilna permezz tar-Rivelazzjoni
ta‟ Ġesú Kristu.
88. Il-Maġisteru tal-Knisja
jħaddem għal kollox l-
awtorità li għandu minn
Kristu, meta jiddefinixxi xi
dommi, jiġifieri meta
jipproponi b‟sura li torbot il-
poplu nisrani b‟rabta ta‟ fidi
li ma jistax jerġa‟ lura minnha,
xi veritajiet li jinsabu fir-
rivelazzjoni jew meta wkoll
jipproponi b‟mod definittiv xi
veritajiet li għandhom
rabta neċessarja magħhom.
11.10.12 – 24.11.13
Il-ħajja spiritwali, Fidi u
Dommi.
• Rabta bejn dak li nemmen,
dak li ngħix u dak it-tgħalim
tal-fidi;
• Fidi li trid tiġi mdawwla mit-
tgħalim;
• Meta ngħixu dak li nemmnu l-
fhema tagħna (għarfien) tkunu
miftuha permezz tad-dawl li
jagħtuna d-dommi tal-fidi.
Skont il-Vanġelu ta‟ Ġwanni
8,31-32 insibu lil Ġesù jfakkarna
dwar xi tfisser tkun dixxiplu
tiegħu.
89. Hemm rabta organika bejn
il-ħajja spiritwali tagħna u
d-dommi. Dawn huma dwal
fil-mixi tal-fidi tagħna, li
jdawluh u jiżgurawh.
Minn naħa l-oħra, jekk
ħajjitna hi dritta, kemm
il-fehma tagħna u kemm
qalbna jkunu miftuħin biex
jilqgħu d-dawl tad-dommi
tal-fidi (Ġw 8,31-32).
11.10.12 – 24.11.13
Il-ġerarkija fid-dommi tal-Fidi
• Rabta bejn id-dommi tal-Fidi
• Kristu hu l-Milja tal-Fidi
• Hemm ġerarkija ta‟ veritajiet
Il-veritajiet tal-fidi nisranija
għandhom posthom fit-
twemmin nisrani. Dan għaliex
hemm veritajiet li huma għola
fl-ordni ġerarkika minn oħrajn.
Eże. : li wieħed jemmen li Alla
huwa Trinitá hija ħafna għola
milli nemmen li għamilt dnub
venjal.
90. Ir-rabtiet bejniethom u
l-koerenza tad-dommi
nistgħu nsibuhom fir-
Rivelazzjoni kollha kemm
hi tal-Misteru ta‟ Kristu.
“Hemm ordni jew
„ġerarkija‟ fil-veritajiet
tad-duttrina kattolika,
għax ir-rabta ta‟ kull veritá
mal-pedament tal-fidi
nisranija m‟hijiex listess”.
11.10.12 – 24.11.13
Ix-Xirka tal-Insara u l-Fidi
• Is-sens sopranaturali tal-fidi
(jitraxxendi n-natura), jiġifieri,
meta l-poplu kollu ta‟ dawk li
jemmnu, mill-isqof sa lanqas
fost il-lajċi, jkunu qed jemmnu
l-istess ħaġa dwar: (i) il-fidi; u
(ii) morali (dak li jgħixu);
• Ma tistgħax titqarraq għax
hemm din l-unitá tal-poplu ta‟
Alla dwaru.
Dan ifisser li, ġaladarba wieħed
jitwarrab mill-Knisja, hemm
ċans li jista‟ jiġi mqarraq fuq il-
livell tal-fidi u tal-morali f‟ħajtu.
92. “Ix-xirka tal-nsara”
...ma tistax titqarraq fil-
fidi, dan turih permezz tas-
sens sopranaturali tal-fidi
li għandu l-poplu kollu ta‟
Alla, meta l-fidili
kollha, “mill-Isqfijiet sa
lanqas wieħed fost il-
lajċi”, juru li jaqblu lkoll
flimkien f‟dak li għandu
x‟jaqsam mal-fidi u mal-
morali.
11.10.12 – 24.11.13
Is-sens tal-Fidi u l-Ħajja
• Hemm rabta intrinsika bejn
dak li wieħed jemmen u dak li
jghix. Hija l-Knisja ta‟ Ġesú
Kristu, li lilHa ġiet fdata il-fidi
mill-Appostli u s-suċċessuri
tagħhom, li se tgħin lil fidili billi
tgħallimhom u tfissrilhom il-
fidi vera.
93. “Permezz ta‟ dan is-sens
tal-fidi, imqanqal u msaħħaħ
mill-Ispirtu tal-Verità,
il-poplu kollu ta‟ Alla,
immexxi minn dawk li
għandhom is-setgħa li
jgħallmu,...jintrabat għal
dejjem mal-fidi mogħtija
darba lill-qaddisin, jifhimha
aktar fil-fond, ifissirha kif
jixraq u jgħixha aktar
f‟ħajtu”.
11.10.12 – 24.11.13
L-Ispirtu s-Santu bħala
Għajnuna ta‟ Għarfien ta‟Alla
• L-Ispirtu s-Santu huwa “Il-
Mulej li jagħti l-ħajja”. Huwa
jgħin lil dak li jemmen biex
jikber fil-fidi. Għalhekk, waqt li
naħsbu u nfittxu dwar il-Kelma
ta‟ Alla, l-Ispirtu s-Santu
jagħtina għarfien aktar fil-fond
skont dik il-veritá li ġiet rivelata
lilna minn Ġesú Kristu.
94. Bl-għajnuna tal-Ispirtu s-
Santu, fil-ħajja tal-Knisja tista‟
tikber kemm l-intelliġenza
tar-realtajiet kif ukoll tal-
kliem tal-wirt tal-fidi: “bil-
kontemplazzjoni u l-istudju
ta‟ dawk kollha li jemmnu
huma u jaħsbu fuqhom
bejnhom u bejn ruħhom”;
b‟mod partikulari “r-riċerka
teoloġika twassal għall-
għarfien aktar fil-fond tal-
verità rivelata”.
11.10.12 – 24.11.13
Il-fidi Nisranija hija marbuta
mal-Persuna ta‟ Ġesù Kristu
• Il-Kelma ta‟ Alla saret „laħam‟
• Il-Kelma ta‟ Alla hija Ġesù
Kristu, l-Iben il-Waħdieni
• Il-ħajja nisranija hija din il-
ħajja ta‟ Ġesù u ma Ġesù; mal-
Kelma
• L-Ispirtu s-Santu li Hu l-Mulej
li jagħti l-ħajja, Huwa jdawlilna
moħħna biex ngħamlu din l-
esperjenza ta‟ Ġesù kuljum fil-
ħajja tagħna.
108. Iżda, l-fidi Nisranija m‟hijiex
“xi reliġjon ta‟ ktieb”. Il-
Kristjaneżmu huwa r-reliġjon tal-
“Kelma” ta‟ Alla, Kelma li
“m‟hijiex xi kelma miktuba u
mbikkma, iżda l-Kelma (il-Verb)
magħmula bniedem u ħajja”. Biex
il-Kotba Mqaddsa ma jibqgħux
ittra mejta, jeħtieġ li Kristu, il-
Kelma ta‟ dejjem ta‟ Alla l-ħaj,
permezz tal-Ispirtu s-Santu,
“jiftħilna moħħna
biex nifhmu l-Iskrittura” (Lq
24,45).
11.10.12 – 24.11.13
Hemm rabta sħiħa bejn, il-
veritajiet tal-fidi, il-Pjan tar-
Rivelazzjoni u d-doni li kull
wieħed għandu.
• Il-veritajiet tal-fidi huma
marbutin:
• ma xulxin;
• ma dak lir-Rivelalna Alla
dwaru nnifsu;
• mad-doni li Alla tagħna
skont ma għoġob lilu għall-
bini tal-Knisja (il-komunità
nisranija)
114. Trid tingħata attenzjoni
għall- “analoġija tal-fidi”
(Rum 12,6). “B‟analoġija
tal-fidi” nifhmu, r-rabta liema
bħalha tal-veritajiet tal-
fidi, bejniethom u mal-pjan
kollu
tar-Rivelazzjoni.
(Aħna għandna doni
differenti skont il-grazzja li
Alla tana; jekk għandna d-don
tal-profezija, ħa nħaddmuh
11.10.12 – 24.11.13
Alla li għadu jitkellem
permezz tal-Kelma Tiegħu,
liema kelma hi qawwijja u
b‟saħħita.
• Hemm rabta intrinsika bejn il-
Kelma ta‟ Alla u l-qawwa
tagħha u l-fidi tal-Knisja (il-
Knisja – kull persuna
mgħammda);
• Li għandu jkun hemm libertá
biex in-nisrani jkollu aċċess
għall-Iskrittura. Dan jitfa‟
responsabiltà fuq in-nisrani li
mhux biss ikollu l-Kelma ta‟
Alla, iżda li għandu jaqraha u
jgħixa.
131. “Hemm tant qawwa u
saħħa fil-kelma ta‟ Alla, li
żżomm u tqawwi l-Knisja,
isaħħaħ ulied il-Knisja fil-fidi
tagħhom, tmantni lil ruħhom,
u hi nixxiegħa safja li ma
tintemm qatt fil-ħajja
spiritwali tagħhom”. Jeħtieġ li
l-bieb tal-Iskrittura Mqaddsa
jkun miftuħ beraħ għall-
insara.
11.10.12 – 24.11.13
L-Ittra lil Lhud (1,1) tgħidilna
li Alla kellimna b‟diversi
modi. Alla dejjem beda Hu l-
azzjoni tad-djalogu mall-
bniedem.
• Il-mod li l-bniedem jilqa‟ l-
istedina ta‟ Alla u ta‟ dak li Alla
nnifsu urina fuqu nnifsu hija
billi jemmen.
• Il-fidi hi r-risposta tal-bniedem
għas-sejħa li Alla jagħmel
kontinwament.
142. Bir-rivelazzjoni tiegħu
Alla li ma jidhirx, fil-kobor bla
qjies ta‟ Mħabbtu, jkellem
lill-bnedmin qishom ħbiebu u
jitħaddet magħhom biex
jistedinhom jidħlu u
jilqagħhom f‟xirka miegħu.
It-tweġiba xierqa għal din
l-istedina hi l-fidi.
11.10.12 – 24.11.13
Il-fidi twassal lill-bniedem li
jintelaq f‟idejn Alla.
• Li wieħed ikollu l-fidi ma
jfissirx li wieħed ikun qed
jifhem;
• Li wieħed jafda „l Alla f‟
ħajtu ma jfissirx li jkun jaf
x‟se jiġri;
• Li wieħed ikollu l-fidi f‟Alla
jfisser li jaf li dan Alla jħobbu
sopranaturali u li jgħix
ġewwa fih u huwa qrid
tiegħu aktar milli wieħed hu
qrib tiegħu innifsu.
143. Bil-fidi l-bniedem iħalli għal
kollox f‟idejn Alla l-intelliġenza u r-
rieda tiegħu u, b‟ruħu u ġismu jagħti
l-kunsens tiegħu lil Alla, awtur
tar-rivelazzjoni. L-Iskrittura ssejjaħ
“ubbidjenza tal-fidi” din it-tweġiba
tal-bniedem lil Alla, li jirrevela lilu
nnifsu “Bih aħna rċevejna l-grazzja
tal-appostolat biex inwasslu għall-
ubbidjenza tal-fidi l-bnedmin fost il-
ġnus kollha għall-ġieħ ta' ismu. Lil
dan Alla li issa rrivelalna dan il-
misteru, u għarrfu lill-ġnus bil-Kitba
tal-Profeti, skont l-ordni tiegħu, Alla
ta' dejjem, biex iwassalhom għall-
ubbidjenza tal-fidi.”
11.10.12 – 24.11.13
IL-Fidi: li toqgħod minn rajk
għas-sejha ta‟ Alla f‟ ħajtek.
• Toqgħod minn rajk;
• B‟mod ħieles;
• Għall-Kelma ta‟ Alla;
• Alla li hu Veritá fih innifsu;
• Veritá garantita;
• Abraham u Marija żewġ
mudelli tal-Fidi.
Meta minn rajja u b‟mod ħieles
noqgħod għall-Kelma ta‟ Alla,
allura, Kelma ta‟ Veritá, jien
inwelled lil Kristu ġewwa fija
biex imbagħad ngħaddieh lil
oħrajn.
144. Tobdi (mill-Latin “ob-audire”)
fil-fidi ifisser “toqgħod minn rajk
b‟mod ħieles għall-kelma li
tismá”, għax il-veritá tagħha hi
garantita
minn Alla, il-Veritá fih innifsu.
Ta‟ din l-ubbidjenza Abraham hu
mudell li tagħtina l-Iskrittura
Mqaddsa.
Fil-Verġni Marija din
l-ubbidjenza seħħet b‟mod l-iktar
perfett.
11.10.12 – 24.11.13
Permezz tal-Fidi aħna nkunu
nistgħu nobdu „l Alla fil-mixja
tagħna miegħu.
Permezz tal-Fidi aħna nidħlu
fil-ġewwieni tal-ħajja ta‟ Alla u
jkollna esperjenza ta‟ dak Alla
li ma jidihrx u „tad-dlam tal-
Fidi.‟
Permezz tal-Fidi titwieled
ġewwa fina l-Kelma ta‟ Alla u
ngħamlu esperjenza ta‟ dak li
hu Divin.
Permezz tal-Fidi ngħamlu
affarijiet li weħidna jew bil-
qawwa naturali biss ma
jirnexxilniex inwettqu.
145. L-Ittra lil-Lhud, fil-ġieħ kbir li
tagħti lill-fidi ta‟ missirijietna,
tinsisti b‟mod partikulari fuq il-fidi
ta‟ Abraham. “Kienet il-fidi li
ġagħlet lil Abraham jobdi s-sejħa ta‟
Alla, meta dan qallu jmur f‟art li
kien se jagħtih b‟wirt; u telaq bla
ma kien jaf fejn kien sejjer”. Kienet
il-fidi li wasslitu biex jgħix bħala
barrani u frustier fl-Art imwiegħda.
Kienet il-fidi li ġagħlet lil Sara tilqá
l-fatt li kellha tnissel iben il-
wegħda. U flaħħarnett, kienet il-fidi
li wasslet lil Abraham biex joffri
b‟sagrifiċċju lill-ibnu l-waħdieni.
11.10.12 – 24.11.13
L-Ittra lil Lhud turina ċar diversi
affarijiet importanti dwar il-fidi u
l-effett tagħha fil-mixja
eskatoloġika tagħna.
1. Hija pedament
(fuq x‟hiex se nibnu);
2. Tagħtina tama
(tama ġejja mill-Ispirtu s-Santu);
3. Hija prova
(ċertezza u sigurtà ta‟ dawn l-
affarijiet);
4. Dwar ħwejjeġ li ma jidhrux.
(il-Fidi hi pass lejn id-Dlam
għaliex aħna qatt ma nistgħu
nitkellmu jew inkun nafu kollox
dwar Alla).
146. B‟hekk Abraham wera x‟inhi
d-definizzjoni tal-fidi mogħtija
mill-Ittra lil Lhud: “Il-fidi hija l-
pedament tal-ħwejjeġ li għandna
nittamaw, hija l-prova tal-ħwejjeġ
li ma jidhrux” (Lh 11,1).
11.10.12 – 24.11.13
Ir-Rabt bejn it-TQ u t-TĠ toħroġ
ċar ir-rabta li hemm bejniethom.
Fiż-żewġ Testamenti, il-Fidi hi
protagonista qawwijja. Dan
jitfa‟ dawl dwar kif Alla
rrevela lilu nnifsu bil-mod
matul iż-żminijiet sakemm
waslet “il-milja taż-żminijiet”
li fieh deher Ġesu u rrevelalna
aktar dwar il-Missier u l-
Ispirtu s-Santu.
Għalhekk, l-Ittra lil Lhud
tgħidilna li Ġesu u l-awtur tas-
salvazzjoni tagħna u li l-fidi
tibda u tintemm fih.
147. It-Testment il-Qadim għandu
għana ta‟ xhieda dwar din il-fidi.
L-Ittra lil Lhud ixxandar it-tifħir
tal-fidi eżemplari tax-xjuħ ta‟ l-
imgħoddi “li qalgħu xhieda tajba”
biha. Iżda “Alla refá xi ħaġa aħjar
għalina”, il-grazzja li nemmnu
f‟Ibnu Ġesú “li minnu tibda u fih
tintemm il-fidi tagħna”
11.10.12 – 24.11.13
Il-Katekiżmu qiegħed jerġa‟
jippreżentalna lil Marija bħala l-
mudell perfett ta‟ kif persuna li
temmen f‟Alla u l-Kelma tiegħu
għandha tgħix.
F‟Marija insibu diversi
virtuwijiet, fost oħrajn:
 Mara ta‟ talb;
 Mara umli;
 Mara li taqdi;
 Mara li tisma‟
 Mara li tobdi;
 Mara ta‟ fiduċja
 Mara li temmen;
 Mara li taf issofri;
 Mara ta‟ gratitudni
 Mara ta‟ fidi.
148. Il-Verġni Marija għexet b‟mod
l-aktar perfett l-ubbidjenza tal-fidi.
Bil-fidi, Marija laqgħet it-tħabbira
u lwegħda li wasslilha l-anġlu
Gabrijel, għax emmnet li “għal Alla
ma hemm xejn li ma jistax isir;” u
aċċettat dak li qalilha l-anġlu:
“Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej, ħa
jsir minni skont kelmtek”.
Eliżabetta sselmilha: “Ħienja dik li
emmnet li jseħħ kull ma bagħat
jgħidilha l-Mulej”. Hu minħabba
din il-fidi li kull nisel isejħilha
ħienja.
11.10.12 – 24.11.13
Għal darboħra, il-Katekiżmu qed
jippreżentalna lil Marija, Omm
Ġesú bħala l-mudell ewlieni tat-
Testment il-Ġdid.
Il-fidi ta‟ Marija ma kienetx
biss „tal-bnazzi‟, - meta
kulħadd kien jiġri wara Ġesú,
speċjalment meta jgħamel xi
miraklu, iżda tidher l-aktar fil-
passjoni u l-mewt ta‟ binha.
Hi hawnhekk li l-fidi tagħtina
d-dawl meħtieġ biex tfakkarna
li l-Kelma ta‟ Alla ma tqarraqx
u għalhekk dejjem isseħħ kif
ikun qal Alla nnifsu.
149. Tul ħajjitha kollha, sal-aħħar
prova li ġarrbet, meta Ġesú binha
kien qed imut fuq is-salib, il-fidi
tagħha qatt ma ġiet nieqsa.
Marija qatt ma waqfet li temmen li,
l-kelma tal-Mulej “dejjem isseħħ.”
U għalhekk il-Knisja tqim f‟Marija
s-sħuħija l-aktar safja tal-fidi.
11.10.12 – 24.11.13
Il-Fidi titlob rabta, liema rabta hi
mal-Infinit, Alla nnifsu.
Li wieħed jemmen f‟Alla
tfisser ukoll li qiegħed jaċċetta
b‟mod liberu u ħieles ir-
Rivelazzjoni li Alla nnifsu
tagħna.
Matul iż-żminijiet, kien Alla
nnifsu li uriena min Hu
permezz ta‟ Ġesú Kristu.
Għalhekk, li wieħed ikollu l-
fidi f‟Alla tfisser wisq aktar
milli wieħed jafda fil-
bniedem.
Dan jitlob mill-bniedem tal-
fidi li jkollu relazzjoni
personali ma Alla biex jasal
biex jgħarfu, iħobbu u
jservieH.
150. Il-fidi hi qabel xejn rabta
personali tal-bniedem ma‟Alla, u
fl-istess ħin, ukoll ħaġa waħda ma
l‟aċċettazzjoni ħielsa tal-veritá
kollha rrivelata minn Alla. Bħala
rabta ma‟ Alla u aċċettazzjoni tal-
veritá rrivelata minnu, il-fidi
nisranija m‟hijiex l-istess bħat-
twemmin f‟xi bniedem. Hi ħaġa
xierqa u sewwa li wieħed
jafda ruħu għal kollox f‟Alla u
jemmen bis-sħiħ kull ma‟ jgħid.
Iżda tkun ħaġa fiergħa u qarrieqa
tqiegħed fidi bħal din f‟xi ħolqien
11.10.12 – 24.11.13
Huwa dejjem Alla li jieħu l-
inizjattiva lejn il-bniedem, ikun
f‟liema stat ikun.
Biex nersqu u ngħarfu „l Alla,
Hu stess sawwab fina l-fidi; il-
possibiltá biha nistgħu
nemmnu fiH.
Il-fidi hi „don‟, „grazzja
interna‟, ġejja mill-Ispirtu s-
Santu; il-Mulej li jagħti l-ħajja.
B‟hekk l-għajnejn tar-ruħ
jinfetħu, jaraw u jemmnu.
153. Il-fidi hi don ta‟ Alla, virtú
sopranaturali msawba fina minnu.
“Biex jistqarr din il-fidi, l-bniedem
għandu bżonn il-grazzja ta‟ Alla, li
tkompli tgħinu fl-istqarrija tal-fidi,
flimkien ma‟ għajnuna
internament mill-Ispirtu s-Santu; li
jmiss qalb il-bniedem u jdawwarha
lejn Alla, jiftaħ għajnejn ir-ruħ u
jagħti lil kulħadd li jilqa‟ bil-
ħlewwa l-veritá u jemminha”
11.10.12 – 24.11.13
L-intelliġenza li tiġi bl-għarfien u
r-rieda li hi att minn naħa tal-
bniedem biex jemmen jew
jirrifjuta xi ħaġa, jaħdmu mal-
grazzja ta‟ Alla.
Il-Katekiżmu qed jerġa‟
jfakkarna li huwa Alla nnifsu
li hu l-bidu ta‟ kull ħaġa tajba
fil-bniedem u għall-bniedem.
Alla, li barra li jagħtina l-
fakultajiet neċessarji, jagħtina
wkoll il-grazzja sopranaturali
tiegħu biex tgħinna naslu għal
għan aħħari li ngħamlu r-rieda
tiegħu, biex b‟hekk inkunu
bnedmin sħaħ u liberi.
155. Fil-fidi, l-intelliġenza u r-rieda
tal-bniedem jaħdmu flimkien
mal-grazzja ta‟ Alla.
“It-twemmin hu għemil tal-intellett
li jaċċetta l-veritá ta‟ Alla b‟ordni
tar-rieda, mqanqla mill-grazzja ta‟
Alla.
11.10.12 – 24.11.13
Il-Motiv tat-twemmin
F‟dan il-punt, il-Katekizmu
jfakkarna u jaghmel cara r-raguni
tal-motiv li wiehed jemmen
f‟Alla.
Il-Katekizmu jispjega li l-vera
raguni mhix ahna il-veritajiet
dwar Alla b‟xi mod nistghu
nifhmuhom bir-raguni, izda l-
motiv li nemmen f‟Alla gej
minn Alla nnifsu li ma jistghax
iqarraq bina u l-anqas biH
Innifsu.
Ghalhekk, Alla stess mhux
biss taghna ghajnuna interna
tal-Ispirtu Qaddis, izda wkoll
irrevela lilu nnifsu.
156. Il-motiv li jġiegħel „il wieħed
jemmen, mhux il-fatt li l-veritajiet
rivelati jidhru bħala veri u jistgħu
jiftehmu fid-dawl tar-raġuni
naturali tagħna. Aħna nemmnu
“fuq lawtoritá ta‟ Alla li,
jirrivelalna l-veritajiet tiegħu u li, la
jista‟ jqarraq u lanqas jitqarraq”.
“Iżda biex il-qima tal-fidi tagħna
tkun taqbel mar-raġuni, Alla ried
li, mal-għajnuna interna tal-Ispirtu,
ikun hemm provi esterni tar-
Rivelazzjoni.”

Mais conteúdo relacionado

Destaque

Destaque (6)

Information literacy
Information literacyInformation literacy
Information literacy
 
Lecture 5 plagiarism knowledge
Lecture 5 plagiarism knowledgeLecture 5 plagiarism knowledge
Lecture 5 plagiarism knowledge
 
Sena tal-Fidi_Introduzzjoni
Sena tal-Fidi_IntroduzzjoniSena tal-Fidi_Introduzzjoni
Sena tal-Fidi_Introduzzjoni
 
21st century is about learning
21st century is about learning21st century is about learning
21st century is about learning
 
Reference Sources
Reference SourcesReference Sources
Reference Sources
 
contoh surat penawaran barang
contoh surat penawaran barangcontoh surat penawaran barang
contoh surat penawaran barang
 

Sena tal-fidi_it-Tieni Parti

  • 1. 11.10.12 – 24.11.13 Mill-bidu, il-Katekeżi kien maħsub biex: -> jkun hemm dixxipli; -> isibu għajnuna fil-ħajja tal-fidi; -> bil-fidi ikollom ħajja f’ Ġesù; -> imrawwmin fil-ħajja nisranija; -> jinbena l-Ġisem ta’ Kristu.
  • 2. 11.10.12 – 24.11.13 Il-bżonn tal-Katekeżi -> trawwim fil-fidi għall- kulħadd; -> tagħlim tad-duttrina Nisranija; -> tagħlim organiku u sistematiku; -> tagħlim li jwassal għall- milja tal-ħajja Nisranija. Mela, hemm rabta intrinsika bejn il-katekeżi u l-fidi.
  • 3. 11.10.12 – 24.11.13 Il-Katekiżmu espożizzjoni ta’: -> essenza u fondament tad-duttrina Kattolika; -> fidi u morali -> fid-dawl tal-Konċilju u t-Tradizzjoni tal-Knisja. Il-Katekiżmu huwa sors ta’ kif tikber fil-fidi kif temmen il-Knisja skont it-tagħlim u t- Tradizzjoni tagħha.
  • 4. 11.10.12 – 24.11.13 -> Il-Fidi u l-Magħmudija għandhom iwasslu għax- Xhieda (jien xhud ta’ Kristu); -> Il-Katekiżmu juri x’inhi r- Rivelazzjoni...i.e. Alla li juri lilu nnifsu lil bniedem; Alla li jidħol fl-istorja tal-bniedem; Alla li jgħamel l-ewwel pass u jersaq lejn il-bniedem li huwa ħalaq;
  • 5. 11.10.12 – 24.11.13 -> Fl-istess waqt, hemm bżonn li l-bniedem jagħti risposta, iwieġeb lil Alla; -> Din it-tweġiba tal-bniedem jgħamilha bil-Fidi; -> Bil-Fidi, l-bniedem jgħaraf ‘l Alla bħala (i) Il-Prinċipju; (ii) Salvatur; u (iii) Dak li jqaddisna; -> Dan hu t-twemmin tagħna...dan hu l-Kredu li nistqarru kull nhar ta’ Ħadd.
  • 6. 11.10.12 – 24.11.13 Għan tal-Katekiżmu: • X’inhi d-duttrina; • Għarfien fil-fond tal-fidi; • Il-milja tal-fidi; • Il-Fidi trabbi għeruq; u • Fidi viżibbli permezz tax-xhieda. Mela, l-Katekiżmu huwa sors ta’ għarfien, sosten u applikazzjoni ta’ dak li jien nemmen. Dan it-twemmin insibu fil- Katekiżmu u għalhekk nista’ nserraħ moħħi li huwa tajjeb.
  • 7. 11.10.12 – 24.11.13 Il-Fidi: • Xi tfisser li ‘temmen’? Din hi mistoqsija mportanti qabel ma ngħamel l-istqarrija tal-fidi jew niċċelebra l-Litruġija.
  • 8. 11.10.12 – 24.11.13 Il-Fidi: • Twegiba lil Alla F’min? • Lil Alla li juri lilu nnifsu Għaliex? • Huwa Alla li jagħti raġuni tal- għixien u l-eżistenza tagħna Il-bniedem ma jistgħax jibqa’ indifferenti quddiem Alla u dak li uriena fuqu nnifsu.
  • 9. 11.10.12 – 24.11.13 Alla personali; il-Grazzja, il- Fidi u r-Raġuni • Alla ta’ lill-bniedem il-fakultà li jagħarfu. • Alla personali • Alla u l-bniedem f’relazzjoni • Alla li jagħti l-grazzja • Fidi u Raġuni mhux kontra xulxin Alla li ħalaq il-bniedem tah ukoll il-grazzja biex jagħarfu u jkollu relazzjoni personali miegħu. Il-Fidi u r-raġuni flimkien: esperjenza ta’ Alla.
  • 10. 11.10.12 – 24.11.13 Il-Fidi u l-Patt il-Ġdid • Il-wegħda ta’Alla hi għal dejjem; • Ma hemmx revelazzjoni oħra; • Dehra glorjuża ta’ Ġesú; • Revelazzjoni ntemmet (dak li ried jgħidilna Alla diġa qalulna); • Il-fidi nisranija li tgħini nifhem u nara tul iż- żminijiet. (reading the signs of times) 66. “Il-Patt il-Ġdid hu definittiv u għal dejjem, għalhekk iż-żmien tal-ekonomija nisranija qatt ma hu se jgħaddi, u m’għandniex nistennew ebda rivelazzjoni pubblika ġdida f’dan iż-żmien qabel id-dehra glorjuża ta’ Sidna Ġesù Kristu”. Iżda, għalkemm ir-Rivelazzjoni ntemmet, għad ma ħarigx beraħ għal kollox kull ma fiha, hi l-fidi nisranija li trid tifhem u tara, bil-mod il-mod tul iż-żminijiet, kull ma fiha r-Rivelazzjoni.
  • 11. 11.10.12 – 24.11.13 Rivelazzjoni u Fidi Waħda • Il-qofol u l-unika Rivelazzjoni huwa Ġesú Kristu hekk kif urieh il- Missier u kif twassalulna l-Knisja, li tagħha, Ġesú hu r-Ras. • Kull veritá oħra li nisimgħu minn sorsi oħra, ma jistgħux jiġu aċċettati mill-fidili. • Aħna mħeġġin li nkunu nafu l-fidi tagħna: F’min Nemmen. 67. Il-fidi nisranija ma tistax taċċetta xi “rivelazzjonijiet” li jippretendu jgħaddu jew jikkoreġu r-Rivelazzjoni li tagħha l-qofol hu Kristu. Hu l- każ ta‟ xi reliġjonijiet mhux insara, u wkoll ta‟ xi setet ta‟ żmienna li jibbażaw ruħhom fuq rivelazzjonijiet bħal dawn.
  • 12. 11.10.12 – 24.11.13 Depositum Fidei • Il-Fidi (teżor): Tradizzjoni u Skrittura; • Fdat mill-Appostli lill-Knisja; • Jintrabat flimkien mar-ragħajja; • Fit-tagħlim tal-Appostli, fl- għaqda bejn kulħadd, fil-qsim tal-ħobż u fit-talb; • Fil-ħarsien, fil-ħajja u fl- istqarrija tal-fidi, ikun hemm għaqda singulari. • Il-Knisja ġiet afdata b’dan it- Teżor (fidi) u li dan insiebuh kemm fit-Tradizzjoni Appostolika kif ukoll fl-iSkrittura...Dawn huma Font Wieħed tar-Rivelazzjoni. 84. “It-teżor imqaddes” (1 Tim 6,20; 2 Tim 1,12-14) tal-fidi (depositum fidei), li jinsab fit-Tradizzjoni u fl-Iskrittura Mqaddsa, ġie fdat mill-Appostli lill-Knisja kollha. “Il-poplu qaddis ta‟ Alla kollu, huwa u jintrabat ma‟ dan il-wirt, flimkien mar-ragħajja tiegħu, jibqa‟ dejjem sħiħ fit- tagħlim tal-Appostli, fl-għaqda bejn kulħadd, fil-qsim tal-ħobż u fit-talb, hekk li fil-ħarsien, fil-ħajja u fl-istqarrija tal-fidi li twasslitlu, ikun hemm, bejn ir-ragħajja u l- fidili, għaqda fl-ispirtu tassew singulari”.
  • 13. 11.10.12 – 24.11.13 Il-Maġisteru u l-Kelma ta‟ Alla • Il-Kelma ta‟ Alla fuq kollox; • Il-Maġisteru għall-qadi tal- Kelma; • Il-Maġisteru:  jisma,  iħarisha,  ifissirha  bit-tjieba,  bil-qdusija,  bil-fedeltá • Nemmnu li dak li irrevelalna Alla nnifsu permezz tal-Kelma, (l-iSkrittura kollha), nemmnuh bhala dak li jrid Alla li nemmnu biex insalvaw. 86. “Għalhekk dan il-Maġisteru, mhux aqwa mill-Kelma ta‟ Alla imma hu għall-qadi tagħha, billi jgħallem dak biss li ġie trasmess, għaliex b‟ordni ta‟ Alla u bl-għajnuna tal-Ispirtu s- Santu, irid jisma‟ din il-Kelma bi tjieba, iħarisha bi qdusija u jfissirha b‟fedelta sħiħa, u minn dan id-depożitu waħdieni tal-fidi jrid jieħu dak kollu li jipproponi biex jitwemmen bħala rivelat minn Alla”.
  • 14. 11.10.12 – 24.11.13 Il-Maġisteru tal-Knisja • L-awtoritá li ġejja minn Kristu; • Jiddefinixxi dommi ta‟ Fidi; • Li torbot b‟rabta ta‟ Fidi; • Veritajiet li jinsabu fir- Rivelazzjoni; jew • li għandhom rabta necessarja magħhom. Il-Maġisteru jservi l-Kelma (Logos) ta‟ Alla u li ma jgħidx xejn ġdid ħlief dak li ġie fdat lilna permezz tar-Rivelazzjoni ta‟ Ġesú Kristu. 88. Il-Maġisteru tal-Knisja jħaddem għal kollox l- awtorità li għandu minn Kristu, meta jiddefinixxi xi dommi, jiġifieri meta jipproponi b‟sura li torbot il- poplu nisrani b‟rabta ta‟ fidi li ma jistax jerġa‟ lura minnha, xi veritajiet li jinsabu fir- rivelazzjoni jew meta wkoll jipproponi b‟mod definittiv xi veritajiet li għandhom rabta neċessarja magħhom.
  • 15. 11.10.12 – 24.11.13 Il-ħajja spiritwali, Fidi u Dommi. • Rabta bejn dak li nemmen, dak li ngħix u dak it-tgħalim tal-fidi; • Fidi li trid tiġi mdawwla mit- tgħalim; • Meta ngħixu dak li nemmnu l- fhema tagħna (għarfien) tkunu miftuha permezz tad-dawl li jagħtuna d-dommi tal-fidi. Skont il-Vanġelu ta‟ Ġwanni 8,31-32 insibu lil Ġesù jfakkarna dwar xi tfisser tkun dixxiplu tiegħu. 89. Hemm rabta organika bejn il-ħajja spiritwali tagħna u d-dommi. Dawn huma dwal fil-mixi tal-fidi tagħna, li jdawluh u jiżgurawh. Minn naħa l-oħra, jekk ħajjitna hi dritta, kemm il-fehma tagħna u kemm qalbna jkunu miftuħin biex jilqgħu d-dawl tad-dommi tal-fidi (Ġw 8,31-32).
  • 16. 11.10.12 – 24.11.13 Il-ġerarkija fid-dommi tal-Fidi • Rabta bejn id-dommi tal-Fidi • Kristu hu l-Milja tal-Fidi • Hemm ġerarkija ta‟ veritajiet Il-veritajiet tal-fidi nisranija għandhom posthom fit- twemmin nisrani. Dan għaliex hemm veritajiet li huma għola fl-ordni ġerarkika minn oħrajn. Eże. : li wieħed jemmen li Alla huwa Trinitá hija ħafna għola milli nemmen li għamilt dnub venjal. 90. Ir-rabtiet bejniethom u l-koerenza tad-dommi nistgħu nsibuhom fir- Rivelazzjoni kollha kemm hi tal-Misteru ta‟ Kristu. “Hemm ordni jew „ġerarkija‟ fil-veritajiet tad-duttrina kattolika, għax ir-rabta ta‟ kull veritá mal-pedament tal-fidi nisranija m‟hijiex listess”.
  • 17. 11.10.12 – 24.11.13 Ix-Xirka tal-Insara u l-Fidi • Is-sens sopranaturali tal-fidi (jitraxxendi n-natura), jiġifieri, meta l-poplu kollu ta‟ dawk li jemmnu, mill-isqof sa lanqas fost il-lajċi, jkunu qed jemmnu l-istess ħaġa dwar: (i) il-fidi; u (ii) morali (dak li jgħixu); • Ma tistgħax titqarraq għax hemm din l-unitá tal-poplu ta‟ Alla dwaru. Dan ifisser li, ġaladarba wieħed jitwarrab mill-Knisja, hemm ċans li jista‟ jiġi mqarraq fuq il- livell tal-fidi u tal-morali f‟ħajtu. 92. “Ix-xirka tal-nsara” ...ma tistax titqarraq fil- fidi, dan turih permezz tas- sens sopranaturali tal-fidi li għandu l-poplu kollu ta‟ Alla, meta l-fidili kollha, “mill-Isqfijiet sa lanqas wieħed fost il- lajċi”, juru li jaqblu lkoll flimkien f‟dak li għandu x‟jaqsam mal-fidi u mal- morali.
  • 18. 11.10.12 – 24.11.13 Is-sens tal-Fidi u l-Ħajja • Hemm rabta intrinsika bejn dak li wieħed jemmen u dak li jghix. Hija l-Knisja ta‟ Ġesú Kristu, li lilHa ġiet fdata il-fidi mill-Appostli u s-suċċessuri tagħhom, li se tgħin lil fidili billi tgħallimhom u tfissrilhom il- fidi vera. 93. “Permezz ta‟ dan is-sens tal-fidi, imqanqal u msaħħaħ mill-Ispirtu tal-Verità, il-poplu kollu ta‟ Alla, immexxi minn dawk li għandhom is-setgħa li jgħallmu,...jintrabat għal dejjem mal-fidi mogħtija darba lill-qaddisin, jifhimha aktar fil-fond, ifissirha kif jixraq u jgħixha aktar f‟ħajtu”.
  • 19. 11.10.12 – 24.11.13 L-Ispirtu s-Santu bħala Għajnuna ta‟ Għarfien ta‟Alla • L-Ispirtu s-Santu huwa “Il- Mulej li jagħti l-ħajja”. Huwa jgħin lil dak li jemmen biex jikber fil-fidi. Għalhekk, waqt li naħsbu u nfittxu dwar il-Kelma ta‟ Alla, l-Ispirtu s-Santu jagħtina għarfien aktar fil-fond skont dik il-veritá li ġiet rivelata lilna minn Ġesú Kristu. 94. Bl-għajnuna tal-Ispirtu s- Santu, fil-ħajja tal-Knisja tista‟ tikber kemm l-intelliġenza tar-realtajiet kif ukoll tal- kliem tal-wirt tal-fidi: “bil- kontemplazzjoni u l-istudju ta‟ dawk kollha li jemmnu huma u jaħsbu fuqhom bejnhom u bejn ruħhom”; b‟mod partikulari “r-riċerka teoloġika twassal għall- għarfien aktar fil-fond tal- verità rivelata”.
  • 20. 11.10.12 – 24.11.13 Il-fidi Nisranija hija marbuta mal-Persuna ta‟ Ġesù Kristu • Il-Kelma ta‟ Alla saret „laħam‟ • Il-Kelma ta‟ Alla hija Ġesù Kristu, l-Iben il-Waħdieni • Il-ħajja nisranija hija din il- ħajja ta‟ Ġesù u ma Ġesù; mal- Kelma • L-Ispirtu s-Santu li Hu l-Mulej li jagħti l-ħajja, Huwa jdawlilna moħħna biex ngħamlu din l- esperjenza ta‟ Ġesù kuljum fil- ħajja tagħna. 108. Iżda, l-fidi Nisranija m‟hijiex “xi reliġjon ta‟ ktieb”. Il- Kristjaneżmu huwa r-reliġjon tal- “Kelma” ta‟ Alla, Kelma li “m‟hijiex xi kelma miktuba u mbikkma, iżda l-Kelma (il-Verb) magħmula bniedem u ħajja”. Biex il-Kotba Mqaddsa ma jibqgħux ittra mejta, jeħtieġ li Kristu, il- Kelma ta‟ dejjem ta‟ Alla l-ħaj, permezz tal-Ispirtu s-Santu, “jiftħilna moħħna biex nifhmu l-Iskrittura” (Lq 24,45).
  • 21. 11.10.12 – 24.11.13 Hemm rabta sħiħa bejn, il- veritajiet tal-fidi, il-Pjan tar- Rivelazzjoni u d-doni li kull wieħed għandu. • Il-veritajiet tal-fidi huma marbutin: • ma xulxin; • ma dak lir-Rivelalna Alla dwaru nnifsu; • mad-doni li Alla tagħna skont ma għoġob lilu għall- bini tal-Knisja (il-komunità nisranija) 114. Trid tingħata attenzjoni għall- “analoġija tal-fidi” (Rum 12,6). “B‟analoġija tal-fidi” nifhmu, r-rabta liema bħalha tal-veritajiet tal- fidi, bejniethom u mal-pjan kollu tar-Rivelazzjoni. (Aħna għandna doni differenti skont il-grazzja li Alla tana; jekk għandna d-don tal-profezija, ħa nħaddmuh
  • 22. 11.10.12 – 24.11.13 Alla li għadu jitkellem permezz tal-Kelma Tiegħu, liema kelma hi qawwijja u b‟saħħita. • Hemm rabta intrinsika bejn il- Kelma ta‟ Alla u l-qawwa tagħha u l-fidi tal-Knisja (il- Knisja – kull persuna mgħammda); • Li għandu jkun hemm libertá biex in-nisrani jkollu aċċess għall-Iskrittura. Dan jitfa‟ responsabiltà fuq in-nisrani li mhux biss ikollu l-Kelma ta‟ Alla, iżda li għandu jaqraha u jgħixa. 131. “Hemm tant qawwa u saħħa fil-kelma ta‟ Alla, li żżomm u tqawwi l-Knisja, isaħħaħ ulied il-Knisja fil-fidi tagħhom, tmantni lil ruħhom, u hi nixxiegħa safja li ma tintemm qatt fil-ħajja spiritwali tagħhom”. Jeħtieġ li l-bieb tal-Iskrittura Mqaddsa jkun miftuħ beraħ għall- insara.
  • 23. 11.10.12 – 24.11.13 L-Ittra lil Lhud (1,1) tgħidilna li Alla kellimna b‟diversi modi. Alla dejjem beda Hu l- azzjoni tad-djalogu mall- bniedem. • Il-mod li l-bniedem jilqa‟ l- istedina ta‟ Alla u ta‟ dak li Alla nnifsu urina fuqu nnifsu hija billi jemmen. • Il-fidi hi r-risposta tal-bniedem għas-sejħa li Alla jagħmel kontinwament. 142. Bir-rivelazzjoni tiegħu Alla li ma jidhirx, fil-kobor bla qjies ta‟ Mħabbtu, jkellem lill-bnedmin qishom ħbiebu u jitħaddet magħhom biex jistedinhom jidħlu u jilqagħhom f‟xirka miegħu. It-tweġiba xierqa għal din l-istedina hi l-fidi.
  • 24. 11.10.12 – 24.11.13 Il-fidi twassal lill-bniedem li jintelaq f‟idejn Alla. • Li wieħed ikollu l-fidi ma jfissirx li wieħed ikun qed jifhem; • Li wieħed jafda „l Alla f‟ ħajtu ma jfissirx li jkun jaf x‟se jiġri; • Li wieħed ikollu l-fidi f‟Alla jfisser li jaf li dan Alla jħobbu sopranaturali u li jgħix ġewwa fih u huwa qrid tiegħu aktar milli wieħed hu qrib tiegħu innifsu. 143. Bil-fidi l-bniedem iħalli għal kollox f‟idejn Alla l-intelliġenza u r- rieda tiegħu u, b‟ruħu u ġismu jagħti l-kunsens tiegħu lil Alla, awtur tar-rivelazzjoni. L-Iskrittura ssejjaħ “ubbidjenza tal-fidi” din it-tweġiba tal-bniedem lil Alla, li jirrevela lilu nnifsu “Bih aħna rċevejna l-grazzja tal-appostolat biex inwasslu għall- ubbidjenza tal-fidi l-bnedmin fost il- ġnus kollha għall-ġieħ ta' ismu. Lil dan Alla li issa rrivelalna dan il- misteru, u għarrfu lill-ġnus bil-Kitba tal-Profeti, skont l-ordni tiegħu, Alla ta' dejjem, biex iwassalhom għall- ubbidjenza tal-fidi.”
  • 25. 11.10.12 – 24.11.13 IL-Fidi: li toqgħod minn rajk għas-sejha ta‟ Alla f‟ ħajtek. • Toqgħod minn rajk; • B‟mod ħieles; • Għall-Kelma ta‟ Alla; • Alla li hu Veritá fih innifsu; • Veritá garantita; • Abraham u Marija żewġ mudelli tal-Fidi. Meta minn rajja u b‟mod ħieles noqgħod għall-Kelma ta‟ Alla, allura, Kelma ta‟ Veritá, jien inwelled lil Kristu ġewwa fija biex imbagħad ngħaddieh lil oħrajn. 144. Tobdi (mill-Latin “ob-audire”) fil-fidi ifisser “toqgħod minn rajk b‟mod ħieles għall-kelma li tismá”, għax il-veritá tagħha hi garantita minn Alla, il-Veritá fih innifsu. Ta‟ din l-ubbidjenza Abraham hu mudell li tagħtina l-Iskrittura Mqaddsa. Fil-Verġni Marija din l-ubbidjenza seħħet b‟mod l-iktar perfett.
  • 26. 11.10.12 – 24.11.13 Permezz tal-Fidi aħna nkunu nistgħu nobdu „l Alla fil-mixja tagħna miegħu. Permezz tal-Fidi aħna nidħlu fil-ġewwieni tal-ħajja ta‟ Alla u jkollna esperjenza ta‟ dak Alla li ma jidihrx u „tad-dlam tal- Fidi.‟ Permezz tal-Fidi titwieled ġewwa fina l-Kelma ta‟ Alla u ngħamlu esperjenza ta‟ dak li hu Divin. Permezz tal-Fidi ngħamlu affarijiet li weħidna jew bil- qawwa naturali biss ma jirnexxilniex inwettqu. 145. L-Ittra lil-Lhud, fil-ġieħ kbir li tagħti lill-fidi ta‟ missirijietna, tinsisti b‟mod partikulari fuq il-fidi ta‟ Abraham. “Kienet il-fidi li ġagħlet lil Abraham jobdi s-sejħa ta‟ Alla, meta dan qallu jmur f‟art li kien se jagħtih b‟wirt; u telaq bla ma kien jaf fejn kien sejjer”. Kienet il-fidi li wasslitu biex jgħix bħala barrani u frustier fl-Art imwiegħda. Kienet il-fidi li ġagħlet lil Sara tilqá l-fatt li kellha tnissel iben il- wegħda. U flaħħarnett, kienet il-fidi li wasslet lil Abraham biex joffri b‟sagrifiċċju lill-ibnu l-waħdieni.
  • 27. 11.10.12 – 24.11.13 L-Ittra lil Lhud turina ċar diversi affarijiet importanti dwar il-fidi u l-effett tagħha fil-mixja eskatoloġika tagħna. 1. Hija pedament (fuq x‟hiex se nibnu); 2. Tagħtina tama (tama ġejja mill-Ispirtu s-Santu); 3. Hija prova (ċertezza u sigurtà ta‟ dawn l- affarijiet); 4. Dwar ħwejjeġ li ma jidhrux. (il-Fidi hi pass lejn id-Dlam għaliex aħna qatt ma nistgħu nitkellmu jew inkun nafu kollox dwar Alla). 146. B‟hekk Abraham wera x‟inhi d-definizzjoni tal-fidi mogħtija mill-Ittra lil Lhud: “Il-fidi hija l- pedament tal-ħwejjeġ li għandna nittamaw, hija l-prova tal-ħwejjeġ li ma jidhrux” (Lh 11,1).
  • 28. 11.10.12 – 24.11.13 Ir-Rabt bejn it-TQ u t-TĠ toħroġ ċar ir-rabta li hemm bejniethom. Fiż-żewġ Testamenti, il-Fidi hi protagonista qawwijja. Dan jitfa‟ dawl dwar kif Alla rrevela lilu nnifsu bil-mod matul iż-żminijiet sakemm waslet “il-milja taż-żminijiet” li fieh deher Ġesu u rrevelalna aktar dwar il-Missier u l- Ispirtu s-Santu. Għalhekk, l-Ittra lil Lhud tgħidilna li Ġesu u l-awtur tas- salvazzjoni tagħna u li l-fidi tibda u tintemm fih. 147. It-Testment il-Qadim għandu għana ta‟ xhieda dwar din il-fidi. L-Ittra lil Lhud ixxandar it-tifħir tal-fidi eżemplari tax-xjuħ ta‟ l- imgħoddi “li qalgħu xhieda tajba” biha. Iżda “Alla refá xi ħaġa aħjar għalina”, il-grazzja li nemmnu f‟Ibnu Ġesú “li minnu tibda u fih tintemm il-fidi tagħna”
  • 29. 11.10.12 – 24.11.13 Il-Katekiżmu qiegħed jerġa‟ jippreżentalna lil Marija bħala l- mudell perfett ta‟ kif persuna li temmen f‟Alla u l-Kelma tiegħu għandha tgħix. F‟Marija insibu diversi virtuwijiet, fost oħrajn:  Mara ta‟ talb;  Mara umli;  Mara li taqdi;  Mara li tisma‟  Mara li tobdi;  Mara ta‟ fiduċja  Mara li temmen;  Mara li taf issofri;  Mara ta‟ gratitudni  Mara ta‟ fidi. 148. Il-Verġni Marija għexet b‟mod l-aktar perfett l-ubbidjenza tal-fidi. Bil-fidi, Marija laqgħet it-tħabbira u lwegħda li wasslilha l-anġlu Gabrijel, għax emmnet li “għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir;” u aċċettat dak li qalilha l-anġlu: “Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej, ħa jsir minni skont kelmtek”. Eliżabetta sselmilha: “Ħienja dik li emmnet li jseħħ kull ma bagħat jgħidilha l-Mulej”. Hu minħabba din il-fidi li kull nisel isejħilha ħienja.
  • 30. 11.10.12 – 24.11.13 Għal darboħra, il-Katekiżmu qed jippreżentalna lil Marija, Omm Ġesú bħala l-mudell ewlieni tat- Testment il-Ġdid. Il-fidi ta‟ Marija ma kienetx biss „tal-bnazzi‟, - meta kulħadd kien jiġri wara Ġesú, speċjalment meta jgħamel xi miraklu, iżda tidher l-aktar fil- passjoni u l-mewt ta‟ binha. Hi hawnhekk li l-fidi tagħtina d-dawl meħtieġ biex tfakkarna li l-Kelma ta‟ Alla ma tqarraqx u għalhekk dejjem isseħħ kif ikun qal Alla nnifsu. 149. Tul ħajjitha kollha, sal-aħħar prova li ġarrbet, meta Ġesú binha kien qed imut fuq is-salib, il-fidi tagħha qatt ma ġiet nieqsa. Marija qatt ma waqfet li temmen li, l-kelma tal-Mulej “dejjem isseħħ.” U għalhekk il-Knisja tqim f‟Marija s-sħuħija l-aktar safja tal-fidi.
  • 31. 11.10.12 – 24.11.13 Il-Fidi titlob rabta, liema rabta hi mal-Infinit, Alla nnifsu. Li wieħed jemmen f‟Alla tfisser ukoll li qiegħed jaċċetta b‟mod liberu u ħieles ir- Rivelazzjoni li Alla nnifsu tagħna. Matul iż-żminijiet, kien Alla nnifsu li uriena min Hu permezz ta‟ Ġesú Kristu. Għalhekk, li wieħed ikollu l- fidi f‟Alla tfisser wisq aktar milli wieħed jafda fil- bniedem. Dan jitlob mill-bniedem tal- fidi li jkollu relazzjoni personali ma Alla biex jasal biex jgħarfu, iħobbu u jservieH. 150. Il-fidi hi qabel xejn rabta personali tal-bniedem ma‟Alla, u fl-istess ħin, ukoll ħaġa waħda ma l‟aċċettazzjoni ħielsa tal-veritá kollha rrivelata minn Alla. Bħala rabta ma‟ Alla u aċċettazzjoni tal- veritá rrivelata minnu, il-fidi nisranija m‟hijiex l-istess bħat- twemmin f‟xi bniedem. Hi ħaġa xierqa u sewwa li wieħed jafda ruħu għal kollox f‟Alla u jemmen bis-sħiħ kull ma‟ jgħid. Iżda tkun ħaġa fiergħa u qarrieqa tqiegħed fidi bħal din f‟xi ħolqien
  • 32. 11.10.12 – 24.11.13 Huwa dejjem Alla li jieħu l- inizjattiva lejn il-bniedem, ikun f‟liema stat ikun. Biex nersqu u ngħarfu „l Alla, Hu stess sawwab fina l-fidi; il- possibiltá biha nistgħu nemmnu fiH. Il-fidi hi „don‟, „grazzja interna‟, ġejja mill-Ispirtu s- Santu; il-Mulej li jagħti l-ħajja. B‟hekk l-għajnejn tar-ruħ jinfetħu, jaraw u jemmnu. 153. Il-fidi hi don ta‟ Alla, virtú sopranaturali msawba fina minnu. “Biex jistqarr din il-fidi, l-bniedem għandu bżonn il-grazzja ta‟ Alla, li tkompli tgħinu fl-istqarrija tal-fidi, flimkien ma‟ għajnuna internament mill-Ispirtu s-Santu; li jmiss qalb il-bniedem u jdawwarha lejn Alla, jiftaħ għajnejn ir-ruħ u jagħti lil kulħadd li jilqa‟ bil- ħlewwa l-veritá u jemminha”
  • 33. 11.10.12 – 24.11.13 L-intelliġenza li tiġi bl-għarfien u r-rieda li hi att minn naħa tal- bniedem biex jemmen jew jirrifjuta xi ħaġa, jaħdmu mal- grazzja ta‟ Alla. Il-Katekiżmu qed jerġa‟ jfakkarna li huwa Alla nnifsu li hu l-bidu ta‟ kull ħaġa tajba fil-bniedem u għall-bniedem. Alla, li barra li jagħtina l- fakultajiet neċessarji, jagħtina wkoll il-grazzja sopranaturali tiegħu biex tgħinna naslu għal għan aħħari li ngħamlu r-rieda tiegħu, biex b‟hekk inkunu bnedmin sħaħ u liberi. 155. Fil-fidi, l-intelliġenza u r-rieda tal-bniedem jaħdmu flimkien mal-grazzja ta‟ Alla. “It-twemmin hu għemil tal-intellett li jaċċetta l-veritá ta‟ Alla b‟ordni tar-rieda, mqanqla mill-grazzja ta‟ Alla.
  • 34. 11.10.12 – 24.11.13 Il-Motiv tat-twemmin F‟dan il-punt, il-Katekizmu jfakkarna u jaghmel cara r-raguni tal-motiv li wiehed jemmen f‟Alla. Il-Katekizmu jispjega li l-vera raguni mhix ahna il-veritajiet dwar Alla b‟xi mod nistghu nifhmuhom bir-raguni, izda l- motiv li nemmen f‟Alla gej minn Alla nnifsu li ma jistghax iqarraq bina u l-anqas biH Innifsu. Ghalhekk, Alla stess mhux biss taghna ghajnuna interna tal-Ispirtu Qaddis, izda wkoll irrevela lilu nnifsu. 156. Il-motiv li jġiegħel „il wieħed jemmen, mhux il-fatt li l-veritajiet rivelati jidhru bħala veri u jistgħu jiftehmu fid-dawl tar-raġuni naturali tagħna. Aħna nemmnu “fuq lawtoritá ta‟ Alla li, jirrivelalna l-veritajiet tiegħu u li, la jista‟ jqarraq u lanqas jitqarraq”. “Iżda biex il-qima tal-fidi tagħna tkun taqbel mar-raġuni, Alla ried li, mal-għajnuna interna tal-Ispirtu, ikun hemm provi esterni tar- Rivelazzjoni.”