SlideShare uma empresa Scribd logo
1 de 75
Baixar para ler offline
 
L-Ewwel Qari  mill-ktieb tal-Għerf   (Kap 14: versi 3-7)
O Missier, bil-Providenza Tiegħek, Inti  tmexxi  l-bniedem.
Għax Int tajtu triq fil-baħar,  u  mogħdija żgura fuq il-ħalel.
Int urejt li tista’ tħarsu minn kull tiġrif,  hekk li wkoll min mhux tas-sengħa jista’ jbaħħar.
Int ma tridx li l-opri ta’ l-għerf Tiegħek jisfgħu fix-xejn;  għalhekk il-bnedmin jafdaw ħajjithom fuq daqsxejn ta’ laqxa,
 
Għax tassew  sa mill-bidu taż-żmien, meta  l-ġganti kburin kienu qegħdin jinqerdu,
it-tama tad-dinja sabet il-kenn fuq dgħajsa u mmexxija  minn Idek, ħalliet lid-dinja  ż-żerriegħa ta’ nisel ġdid.
Imbierka  l-għuda  li  biha  jsir  is-sewwa!
Il-Kelma tal-Mulej! Inroddu ħajr  lil Alla!
SALM RESPONSORJALI!!
Ħa jsebbħu l-Mulej għal tjubijtu, għall-għeġubijiet Tiegħu mal-bnedmin!
Ħa joffru sagrifiċċji ta’ radd il-ħajr,  u jxandru  l-għemejjel Tiegħu b’għana ferrieħi.
Ħa jsebbħu l-Mulej għal tjubijtu, għall-għeġubijiet Tiegħu mal-bnedmin!
Dawk li jmorru bil-baħar fuq l-iġfna, li jgħamlu  l-qligħ f’ibħra kbar ħafna,
huma raw l-għemejjel tal-Mulej u l-opri tiegħu ta’  l-għaġeb f’qiegħ il-baħar.
Ħa jsebbħu l-Mulej għal tjubijtu, għall-għeġubijiet Tiegħu mal-bnedmin!
Hu ordna u qajjem rifnu, li qanqal  l-imwieġ tal-baħar.
Għolew m’ogħla s-smewwiet, niżlu sa qiegħ il-baħar; qalb-hom tmewtet bil-biża tat-telfa.
Ħa jsebbħu l-Mulej għal tjubijtu, għall-għeġubijiet Tiegħu mal-bnedmin!
Bdew iduru u jixxenglu bħal nies fis-sakra,  u tilfu ħilithom kollha.
Sejħu l-Mulej fit-tiġrib tagħhom u mill-hemm tagħhom ħelishom.
Hu bidel ir-riefnu f’żiffa  u siktu mwieġ  il-baħar.
Ħa jsebbħu l-Mulej għal tjubijtu, għall-għeġubijiet Tiegħu mal-bnedmin!
Huma ferħu għax waqfu  l-imwieġ; u Hu mexxiehom sal-port li xtaqu.
Ħa jsebbħu l-Mulej għal tjubijtu, għall-għeġubijiet Tiegħu mal-bnedmin!
Ħa jsebbħu l-Mulej għal tjubijtu, għall-għeġubijiet Tiegħu mal-bnedmin!
It-Tieni Qari, mill-Ktieb ta’ l-Atti ta’ l-Appostli. (Kap 27 vers 16 – Kap 28 vers 6)
F’dak iż-żmien, b’girja waħda għaddejna taħt  ir-riħ ta’ daqsxejn ta’ gżira jisimha Kawda. Bilkemm stajna nżommu d-dgħajsa warajna u għalhekk tellgħuha mill-baħar.
Imbagħad qabdu  l-armar u rabtu  l-ġifen dawramejt biċ-ċimi, niżżlu  l-qlugħ u l-arbli, għax beżgħu li ninkaljaw fuq  is-Sirti, u hekk ħallejna l-mewġ ikaxkarna miegħu.
Il-għada  t-tempesta ħabbtitna ħafna, bdew iwaddbu  t-tagħbija  l-baħar,  u fit-tielet jum irmew il-parank tal-ġifen b’idejhom stess.
Għal ħafna jiem la dehret xemx  u lanqas kwiekeb, it-tempesta li laqtitna ma kinitx ħafifa, hekk li fl-aħħar tlifna kull tama li nsalvaw.
In-nies kienu ilhom ħafna ma jieħdu xi ħaġa biex jitrejqu;  Pawlu waqaf f’nofshom  u qalilhom:
“ Ħbieb, kien imisskom smajtu minni  u ma tlaqtux minn Kreta; kontu teħilsu minn din il-ħsara u t-telf!
 
Għax dal-lejl deherli anġlu ta; dak Alla  li Tiegħu jien u li  Lilu nqim, u qalli:
“ Tibżax Pawlu. Jeħtieġ li inti tidher quddiem Ċesari; ara, Alla tak il-ħajja ta’ dawk kollha  li qegħdin jivjaġġaw miegħek.”
Mela qawwu qalbkom ħbieb! Jiena nemmen f’Alla li hekk isir, sewwa sew kif tħabbar lili.
Jeħtieġ iżda li naħbtu ma gżira.”
Meta wasal l-erbatax-il lejl, konna ninsabu mitfugħin ‘l hawn u ‘l hemm fil-baħar ta’ l-Adrija. Għall-ħabta ta’ nofsillejl il-baħrin ħassew li konna resqin qrib xi art.
Skandaljaw il-għoli tal-baħar, u sabu għoxrin qama, imxejna ftit ieħor u sabu ħmistax. Huma beżgħu li xi mkien konna se naħbtu ma xi sikka u għalhekk niżżlu erba’ ankri mill-poppa.
Ix-xewqa tagħhom kienet li ma jdumx ma jisbaħ.
 
Iżda Pawlu qal  lic-ċenturjun u lis-suldati:  “Jekk dawn ma jibqgħux fuq il-ġifen, intom ma tistgħux issalvaw.” Imbgħad is-suldati qaċċtu l-ħbula tad-dgħajsa u ħallewha tmur għal riħha.
Meta sar il-ħin biex jisbaħ, Pawlu qabad iħħajjarhom ilkoll biex jitrejjqu b’xi ħaġa
u qalilhom:  “Issa ġa ilkom erbatax-il ġurnata tistennew sajmin u ma dduqu xejn. Għalhekk inħajjarkom tieħdu xi ħaġa tal-ikel u jwettqilkom saħħitkom,
 
Kif qal dan, qabad il-ħobż, radd il-ħajr ‘l Alla quddiem kulħadd, qasam u beda jiekol. Imbagħad kulħadd għamel il-qalb u ħadu  xi ħaġa ta’ l-ikel huma wkoll.
Konna b’kollox mitejn u sitta  u sebgħin ruħ fuq il-ġifen. Wara  li xebgħu bdew iħeffu l-ġifen  u jwaddbu l-qamħ il-baħar.
Meta mbagħad sebaħ, l-art ma għarfuhiex. Lemħu biss bajja bi xtajta fiha, u qatgħuha li jekk jista jkun jitfgħu l-ġifen fuqha.
Irħew l-ankri  u telquhom il-baħar, u ħallew ukoll l-irbit tat-tmun. Imbagħad tellgħu l-qala’ tat-trinkett  għar-riħ u ħadu għax-xtajta.
Iżda ħbatna ma sikka li kellha  l-baħar miż-żewġ naħat. Il-pruwa baqgħet imwaħħla sewwa fil-post u ma tħarrkitx iżjed, imma l-poppa bdiet titfarrak bil-qilla tal-mewġ.
Is-suldati riedu kieku joqtlu  l-priġunieri, li ma jaħrabx xi  ħadd minnhom bil-għawm; iżda  ċ-ċenturjun li ried isalva ‘l Pawlu  ma ħalliex il-ħsieb tagħhom iseħħ.
Lil dawk li kienu jafu jgħumu ordnalhom jilħqu x-xatt min fuq twavel u min fuq bċejjeċ imkissra tal-ġifen.
 
Meta ħlisna mill-għarqa, sirna nafu  li l-gżira  kien jisimha  Malta.
In-nies tagħha  ġiebu ruħhom  bi ħlewwa liema bħalha.  Laqgħuna tajjeb  lilna  lkoll
u qabbdulna ħuġġieġa għax kienet bdiet nieżla  x-xita u kien il-bard.
Mela Pawlu ġabar qatta zkuk niexfa u tefagħhom  fin-nar. Fiz-zkuk kien hemm lifgħa li malli ħasset  is-sħana, ħarġet  u qabdet ma’  id Pawlu.
In-nies tal-gżira  kif raw il-lifgħa mdendla ma idu, bdew jgħidu wieħed lill-ieħor:  “Dar-raġel żgur xi qattiel, għax għad  li ħelisha mill-baħar, il-ġustizzja ma ħallitux jgħix!”
Imma  hu farfar  il-lifgħa ġon-nar  u ma  ġralu xejn.
Huma stennew li sa jarawh jintefaħ jew jaqa’ u jmut f’daqqa. Wara li damu jistennew ħafna u raw li ma ġralu ebda deni, biddlu l-ħsieb u bdew jgħidu li  kien xi alla.
Il-Kelma tal-Mulej! Inroddu ħajr lil Alla! Jeħtieġ li  naslu  fi  gżira!
Faħħru l-Mulej,  ġnus kollha, sebbħuH popli kollha għaliex qawwija hi l-Grazzja Tiegħu għalina: il-fedelta’ tal-Mulej tibqa’ għal dejjem.  Hallelujah! Hallelujah!
Qari  mill-Evan ġelju skond San  Mark (Kap 16: 15-20)
F’dak iż-żmien, Ġesu qal lill-ħdax:
“ Morru  fid-dinja kollha,  xandru  l-Bxara  t-Tajba  lill-ħolqien kollu.
Min jemmen u jitgħammed isalva; iżda min ma  jemminx ikun ikkundannat.
 
U hekk il-Mulej Ġesu, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema  u qagħad  in-naħa tal-lemin ta’ Alla.
Huma mbagħad marru jippridkaw kullimkien
il-Mulej  kien jaħdem magħhom  u jwettaq  il-Kelma  bil-mirakli  li kienu  jsiru magħha.
Il-Kelma  tal-Mulej. Tifħir lilek Kristu !
 

Mais conteúdo relacionado

Destaque

Is-Sajd f'Malta
Is-Sajd f'MaltaIs-Sajd f'Malta
Is-Sajd f'MaltaEducation
 
Drawwiet tal-Milied
Drawwiet tal-MiliedDrawwiet tal-Milied
Drawwiet tal-Miliederemo
 
Pajjizi madwarna ghal fuq il blog
Pajjizi madwarna ghal fuq il blogPajjizi madwarna ghal fuq il blog
Pajjizi madwarna ghal fuq il blogMarisa Bajada
 
Dialogue Rules
Dialogue RulesDialogue Rules
Dialogue RulesLisa Huff
 
Karnival
KarnivalKarnival
Karnivaleremo
 
Kelmiet il-għadd
Kelmiet il-għaddKelmiet il-għadd
Kelmiet il-għaddSarah Tanti
 
Il-Punteggjatura
Il-PunteggjaturaIl-Punteggjatura
Il-PunteggjaturaSarah Tanti
 
Advertisement ppt
Advertisement pptAdvertisement ppt
Advertisement pptarathymalz
 
Advertisement
AdvertisementAdvertisement
AdvertisementKalahub
 

Destaque (14)

Is-Sajd f'Malta
Is-Sajd f'MaltaIs-Sajd f'Malta
Is-Sajd f'Malta
 
Drawwiet tal-Milied
Drawwiet tal-MiliedDrawwiet tal-Milied
Drawwiet tal-Milied
 
Pajjizi madwarna ghal fuq il blog
Pajjizi madwarna ghal fuq il blogPajjizi madwarna ghal fuq il blog
Pajjizi madwarna ghal fuq il blog
 
Dialogue Rules
Dialogue RulesDialogue Rules
Dialogue Rules
 
Dialogue
DialogueDialogue
Dialogue
 
Karnival
KarnivalKarnival
Karnival
 
Writing Dialogue: Intro
Writing Dialogue: IntroWriting Dialogue: Intro
Writing Dialogue: Intro
 
Kelmiet il-għadd
Kelmiet il-għaddKelmiet il-għadd
Kelmiet il-għadd
 
In-Numri
In-NumriIn-Numri
In-Numri
 
Il-Particelli
Il-ParticelliIl-Particelli
Il-Particelli
 
Space powerpoint
Space powerpointSpace powerpoint
Space powerpoint
 
Il-Punteggjatura
Il-PunteggjaturaIl-Punteggjatura
Il-Punteggjatura
 
Advertisement ppt
Advertisement pptAdvertisement ppt
Advertisement ppt
 
Advertisement
AdvertisementAdvertisement
Advertisement
 

Mais de ruth (Malta)

27th Sunday in Ordinary Time Cycle B
27th Sunday in Ordinary Time Cycle B27th Sunday in Ordinary Time Cycle B
27th Sunday in Ordinary Time Cycle Bruth (Malta)
 
Our kids monthly magazine issue no 1
Our kids monthly magazine issue no 1 Our kids monthly magazine issue no 1
Our kids monthly magazine issue no 1 ruth (Malta)
 
2nd sunday in ordinary time (year B)
2nd sunday in ordinary time (year B)2nd sunday in ordinary time (year B)
2nd sunday in ordinary time (year B)ruth (Malta)
 
Epifanija Qari Sena B
Epifanija Qari Sena BEpifanija Qari Sena B
Epifanija Qari Sena Bruth (Malta)
 
1st Sunday of Advent
1st Sunday of Advent1st Sunday of Advent
1st Sunday of Adventruth (Malta)
 
30th Sunday in Ordinary Time - Cycle A
30th Sunday in Ordinary Time - Cycle A30th Sunday in Ordinary Time - Cycle A
30th Sunday in Ordinary Time - Cycle Aruth (Malta)
 
28th Sunday in Ordinary Time (Cycle A)
28th Sunday in Ordinary Time (Cycle A)28th Sunday in Ordinary Time (Cycle A)
28th Sunday in Ordinary Time (Cycle A)ruth (Malta)
 
25th sunday cycle a
25th sunday cycle a25th sunday cycle a
25th sunday cycle aruth (Malta)
 
Feast of the Holy Trinity
Feast of the Holy TrinityFeast of the Holy Trinity
Feast of the Holy Trinityruth (Malta)
 
Feast of the Holy Trinity
Feast of the Holy TrinityFeast of the Holy Trinity
Feast of the Holy Trinityruth (Malta)
 
Qam Kif Kien Qal!! (He is Risen!)
Qam Kif Kien Qal!! (He is Risen!)Qam Kif Kien Qal!! (He is Risen!)
Qam Kif Kien Qal!! (He is Risen!)ruth (Malta)
 
Sacro Cuor Church Malta, Good Friday 2011
Sacro Cuor Church Malta, Good Friday 2011Sacro Cuor Church Malta, Good Friday 2011
Sacro Cuor Church Malta, Good Friday 2011ruth (Malta)
 
l-1 Hadd tar-Randan (Sena Liturgika A)
l-1 Hadd tar-Randan (Sena Liturgika A)l-1 Hadd tar-Randan (Sena Liturgika A)
l-1 Hadd tar-Randan (Sena Liturgika A)ruth (Malta)
 
8th Sunday in Ordinary Time (Liturgical Year A)
8th Sunday in Ordinary Time (Liturgical Year A)8th Sunday in Ordinary Time (Liturgical Year A)
8th Sunday in Ordinary Time (Liturgical Year A)ruth (Malta)
 
Neither will i condemn you!
Neither will i condemn you!Neither will i condemn you!
Neither will i condemn you!ruth (Malta)
 
Lord be with me in my sorrow!
Lord be with me in my sorrow!Lord be with me in my sorrow!
Lord be with me in my sorrow!ruth (Malta)
 
We are One Body! - 3rd Sunday in Ordinary Time (Year C)
We are One Body! - 3rd Sunday in Ordinary Time (Year C)We are One Body! - 3rd Sunday in Ordinary Time (Year C)
We are One Body! - 3rd Sunday in Ordinary Time (Year C)ruth (Malta)
 

Mais de ruth (Malta) (20)

27th Sunday in Ordinary Time Cycle B
27th Sunday in Ordinary Time Cycle B27th Sunday in Ordinary Time Cycle B
27th Sunday in Ordinary Time Cycle B
 
Our kids monthly magazine issue no 1
Our kids monthly magazine issue no 1 Our kids monthly magazine issue no 1
Our kids monthly magazine issue no 1
 
2nd sunday in ordinary time (year B)
2nd sunday in ordinary time (year B)2nd sunday in ordinary time (year B)
2nd sunday in ordinary time (year B)
 
Epifanija Qari Sena B
Epifanija Qari Sena BEpifanija Qari Sena B
Epifanija Qari Sena B
 
1st Sunday of Advent
1st Sunday of Advent1st Sunday of Advent
1st Sunday of Advent
 
30th Sunday in Ordinary Time - Cycle A
30th Sunday in Ordinary Time - Cycle A30th Sunday in Ordinary Time - Cycle A
30th Sunday in Ordinary Time - Cycle A
 
28th Sunday in Ordinary Time (Cycle A)
28th Sunday in Ordinary Time (Cycle A)28th Sunday in Ordinary Time (Cycle A)
28th Sunday in Ordinary Time (Cycle A)
 
25th sunday cycle a
25th sunday cycle a25th sunday cycle a
25th sunday cycle a
 
Feast of the Holy Trinity
Feast of the Holy TrinityFeast of the Holy Trinity
Feast of the Holy Trinity
 
Feast of the Holy Trinity
Feast of the Holy TrinityFeast of the Holy Trinity
Feast of the Holy Trinity
 
Qam Kif Kien Qal!! (He is Risen!)
Qam Kif Kien Qal!! (He is Risen!)Qam Kif Kien Qal!! (He is Risen!)
Qam Kif Kien Qal!! (He is Risen!)
 
Sacro Cuor Church Malta, Good Friday 2011
Sacro Cuor Church Malta, Good Friday 2011Sacro Cuor Church Malta, Good Friday 2011
Sacro Cuor Church Malta, Good Friday 2011
 
l-1 Hadd tar-Randan (Sena Liturgika A)
l-1 Hadd tar-Randan (Sena Liturgika A)l-1 Hadd tar-Randan (Sena Liturgika A)
l-1 Hadd tar-Randan (Sena Liturgika A)
 
8th Sunday in Ordinary Time (Liturgical Year A)
8th Sunday in Ordinary Time (Liturgical Year A)8th Sunday in Ordinary Time (Liturgical Year A)
8th Sunday in Ordinary Time (Liturgical Year A)
 
Animals
AnimalsAnimals
Animals
 
Animals - test
Animals - testAnimals - test
Animals - test
 
7 VISITS
7 VISITS7 VISITS
7 VISITS
 
Neither will i condemn you!
Neither will i condemn you!Neither will i condemn you!
Neither will i condemn you!
 
Lord be with me in my sorrow!
Lord be with me in my sorrow!Lord be with me in my sorrow!
Lord be with me in my sorrow!
 
We are One Body! - 3rd Sunday in Ordinary Time (Year C)
We are One Body! - 3rd Sunday in Ordinary Time (Year C)We are One Body! - 3rd Sunday in Ordinary Time (Year C)
We are One Body! - 3rd Sunday in Ordinary Time (Year C)
 

St Paul's Shipwreck in Malta

  • 1.  
  • 2. L-Ewwel Qari mill-ktieb tal-Għerf (Kap 14: versi 3-7)
  • 3. O Missier, bil-Providenza Tiegħek, Inti tmexxi l-bniedem.
  • 4. Għax Int tajtu triq fil-baħar, u mogħdija żgura fuq il-ħalel.
  • 5. Int urejt li tista’ tħarsu minn kull tiġrif, hekk li wkoll min mhux tas-sengħa jista’ jbaħħar.
  • 6. Int ma tridx li l-opri ta’ l-għerf Tiegħek jisfgħu fix-xejn; għalhekk il-bnedmin jafdaw ħajjithom fuq daqsxejn ta’ laqxa,
  • 7.  
  • 8. Għax tassew sa mill-bidu taż-żmien, meta l-ġganti kburin kienu qegħdin jinqerdu,
  • 9. it-tama tad-dinja sabet il-kenn fuq dgħajsa u mmexxija minn Idek, ħalliet lid-dinja ż-żerriegħa ta’ nisel ġdid.
  • 10. Imbierka l-għuda li biha jsir is-sewwa!
  • 11. Il-Kelma tal-Mulej! Inroddu ħajr lil Alla!
  • 13. Ħa jsebbħu l-Mulej għal tjubijtu, għall-għeġubijiet Tiegħu mal-bnedmin!
  • 14. Ħa joffru sagrifiċċji ta’ radd il-ħajr, u jxandru l-għemejjel Tiegħu b’għana ferrieħi.
  • 15. Ħa jsebbħu l-Mulej għal tjubijtu, għall-għeġubijiet Tiegħu mal-bnedmin!
  • 16. Dawk li jmorru bil-baħar fuq l-iġfna, li jgħamlu l-qligħ f’ibħra kbar ħafna,
  • 17. huma raw l-għemejjel tal-Mulej u l-opri tiegħu ta’ l-għaġeb f’qiegħ il-baħar.
  • 18. Ħa jsebbħu l-Mulej għal tjubijtu, għall-għeġubijiet Tiegħu mal-bnedmin!
  • 19. Hu ordna u qajjem rifnu, li qanqal l-imwieġ tal-baħar.
  • 20. Għolew m’ogħla s-smewwiet, niżlu sa qiegħ il-baħar; qalb-hom tmewtet bil-biża tat-telfa.
  • 21. Ħa jsebbħu l-Mulej għal tjubijtu, għall-għeġubijiet Tiegħu mal-bnedmin!
  • 22. Bdew iduru u jixxenglu bħal nies fis-sakra, u tilfu ħilithom kollha.
  • 23. Sejħu l-Mulej fit-tiġrib tagħhom u mill-hemm tagħhom ħelishom.
  • 24. Hu bidel ir-riefnu f’żiffa u siktu mwieġ il-baħar.
  • 25. Ħa jsebbħu l-Mulej għal tjubijtu, għall-għeġubijiet Tiegħu mal-bnedmin!
  • 26. Huma ferħu għax waqfu l-imwieġ; u Hu mexxiehom sal-port li xtaqu.
  • 27. Ħa jsebbħu l-Mulej għal tjubijtu, għall-għeġubijiet Tiegħu mal-bnedmin!
  • 28. Ħa jsebbħu l-Mulej għal tjubijtu, għall-għeġubijiet Tiegħu mal-bnedmin!
  • 29. It-Tieni Qari, mill-Ktieb ta’ l-Atti ta’ l-Appostli. (Kap 27 vers 16 – Kap 28 vers 6)
  • 30. F’dak iż-żmien, b’girja waħda għaddejna taħt ir-riħ ta’ daqsxejn ta’ gżira jisimha Kawda. Bilkemm stajna nżommu d-dgħajsa warajna u għalhekk tellgħuha mill-baħar.
  • 31. Imbagħad qabdu l-armar u rabtu l-ġifen dawramejt biċ-ċimi, niżżlu l-qlugħ u l-arbli, għax beżgħu li ninkaljaw fuq is-Sirti, u hekk ħallejna l-mewġ ikaxkarna miegħu.
  • 32. Il-għada t-tempesta ħabbtitna ħafna, bdew iwaddbu t-tagħbija l-baħar, u fit-tielet jum irmew il-parank tal-ġifen b’idejhom stess.
  • 33. Għal ħafna jiem la dehret xemx u lanqas kwiekeb, it-tempesta li laqtitna ma kinitx ħafifa, hekk li fl-aħħar tlifna kull tama li nsalvaw.
  • 34. In-nies kienu ilhom ħafna ma jieħdu xi ħaġa biex jitrejqu; Pawlu waqaf f’nofshom u qalilhom:
  • 35. “ Ħbieb, kien imisskom smajtu minni u ma tlaqtux minn Kreta; kontu teħilsu minn din il-ħsara u t-telf!
  • 36.  
  • 37. Għax dal-lejl deherli anġlu ta; dak Alla li Tiegħu jien u li Lilu nqim, u qalli:
  • 38. “ Tibżax Pawlu. Jeħtieġ li inti tidher quddiem Ċesari; ara, Alla tak il-ħajja ta’ dawk kollha li qegħdin jivjaġġaw miegħek.”
  • 39. Mela qawwu qalbkom ħbieb! Jiena nemmen f’Alla li hekk isir, sewwa sew kif tħabbar lili.
  • 40. Jeħtieġ iżda li naħbtu ma gżira.”
  • 41. Meta wasal l-erbatax-il lejl, konna ninsabu mitfugħin ‘l hawn u ‘l hemm fil-baħar ta’ l-Adrija. Għall-ħabta ta’ nofsillejl il-baħrin ħassew li konna resqin qrib xi art.
  • 42. Skandaljaw il-għoli tal-baħar, u sabu għoxrin qama, imxejna ftit ieħor u sabu ħmistax. Huma beżgħu li xi mkien konna se naħbtu ma xi sikka u għalhekk niżżlu erba’ ankri mill-poppa.
  • 43. Ix-xewqa tagħhom kienet li ma jdumx ma jisbaħ.
  • 44.  
  • 45. Iżda Pawlu qal lic-ċenturjun u lis-suldati: “Jekk dawn ma jibqgħux fuq il-ġifen, intom ma tistgħux issalvaw.” Imbgħad is-suldati qaċċtu l-ħbula tad-dgħajsa u ħallewha tmur għal riħha.
  • 46. Meta sar il-ħin biex jisbaħ, Pawlu qabad iħħajjarhom ilkoll biex jitrejjqu b’xi ħaġa
  • 47. u qalilhom: “Issa ġa ilkom erbatax-il ġurnata tistennew sajmin u ma dduqu xejn. Għalhekk inħajjarkom tieħdu xi ħaġa tal-ikel u jwettqilkom saħħitkom,
  • 48.  
  • 49. Kif qal dan, qabad il-ħobż, radd il-ħajr ‘l Alla quddiem kulħadd, qasam u beda jiekol. Imbagħad kulħadd għamel il-qalb u ħadu xi ħaġa ta’ l-ikel huma wkoll.
  • 50. Konna b’kollox mitejn u sitta u sebgħin ruħ fuq il-ġifen. Wara li xebgħu bdew iħeffu l-ġifen u jwaddbu l-qamħ il-baħar.
  • 51. Meta mbagħad sebaħ, l-art ma għarfuhiex. Lemħu biss bajja bi xtajta fiha, u qatgħuha li jekk jista jkun jitfgħu l-ġifen fuqha.
  • 52. Irħew l-ankri u telquhom il-baħar, u ħallew ukoll l-irbit tat-tmun. Imbagħad tellgħu l-qala’ tat-trinkett għar-riħ u ħadu għax-xtajta.
  • 53. Iżda ħbatna ma sikka li kellha l-baħar miż-żewġ naħat. Il-pruwa baqgħet imwaħħla sewwa fil-post u ma tħarrkitx iżjed, imma l-poppa bdiet titfarrak bil-qilla tal-mewġ.
  • 54. Is-suldati riedu kieku joqtlu l-priġunieri, li ma jaħrabx xi ħadd minnhom bil-għawm; iżda ċ-ċenturjun li ried isalva ‘l Pawlu ma ħalliex il-ħsieb tagħhom iseħħ.
  • 55. Lil dawk li kienu jafu jgħumu ordnalhom jilħqu x-xatt min fuq twavel u min fuq bċejjeċ imkissra tal-ġifen.
  • 56.  
  • 57. Meta ħlisna mill-għarqa, sirna nafu li l-gżira kien jisimha Malta.
  • 58. In-nies tagħha ġiebu ruħhom bi ħlewwa liema bħalha. Laqgħuna tajjeb lilna lkoll
  • 59. u qabbdulna ħuġġieġa għax kienet bdiet nieżla x-xita u kien il-bard.
  • 60. Mela Pawlu ġabar qatta zkuk niexfa u tefagħhom fin-nar. Fiz-zkuk kien hemm lifgħa li malli ħasset is-sħana, ħarġet u qabdet ma’ id Pawlu.
  • 61. In-nies tal-gżira kif raw il-lifgħa mdendla ma idu, bdew jgħidu wieħed lill-ieħor: “Dar-raġel żgur xi qattiel, għax għad li ħelisha mill-baħar, il-ġustizzja ma ħallitux jgħix!”
  • 62. Imma hu farfar il-lifgħa ġon-nar u ma ġralu xejn.
  • 63. Huma stennew li sa jarawh jintefaħ jew jaqa’ u jmut f’daqqa. Wara li damu jistennew ħafna u raw li ma ġralu ebda deni, biddlu l-ħsieb u bdew jgħidu li kien xi alla.
  • 64. Il-Kelma tal-Mulej! Inroddu ħajr lil Alla! Jeħtieġ li naslu fi gżira!
  • 65. Faħħru l-Mulej, ġnus kollha, sebbħuH popli kollha għaliex qawwija hi l-Grazzja Tiegħu għalina: il-fedelta’ tal-Mulej tibqa’ għal dejjem. Hallelujah! Hallelujah!
  • 66. Qari mill-Evan ġelju skond San Mark (Kap 16: 15-20)
  • 67. F’dak iż-żmien, Ġesu qal lill-ħdax:
  • 68. “ Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-Tajba lill-ħolqien kollu.
  • 69. Min jemmen u jitgħammed isalva; iżda min ma jemminx ikun ikkundannat.
  • 70.  
  • 71. U hekk il-Mulej Ġesu, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla.
  • 72. Huma mbagħad marru jippridkaw kullimkien
  • 73. il-Mulej kien jaħdem magħhom u jwettaq il-Kelma bil-mirakli li kienu jsiru magħha.
  • 74. Il-Kelma tal-Mulej. Tifħir lilek Kristu !
  • 75.