O slideshow foi denunciado.
Utilizamos seu perfil e dados de atividades no LinkedIn para personalizar e exibir anúncios mais relevantes. Altere suas preferências de anúncios quando desejar.
 
	
  
	
  
	
  
	
  
	
  
	
  
	
  
	
  
	
  
	
  
	
  
	
  
	
  
	
  
	
  
	
  
	
  
Patrijiet	
  Karmelitani	
  
Kunven...
Il-­‐Labtu	
  tal-­‐Madonna	
  tal-­‐Karmnu	
  
ORIĠINI,	
  TIFSIRA	
  U	
  PUNTI	
  PRATTIĊI	
  
	
  
Il-­‐Labtu	
  tal-­...
Karmelitani	
   kollha,	
   li	
   min	
   imut	
   fih	
   ma	
   jintilifx”.	
   Il-­‐Labtu	
  
huwa	
  	
  dan	
  is-­‐...
twaqqaf	
  l-­‐Ordni	
  Karmelitan.	
  Hawn	
  ta'	
  min	
  izid	
  li	
  permezz	
  ta'	
  
din	
  l-­‐għazla	
  n-­‐nis...
Próximos SlideShares
Carregando em…5
×

Il-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu

1.082 visualizações

Publicada em

Wieħed mis-sinjali “sagramentali” li xterdu spontanjament fost il-poplu ta’ Alla huwa l-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu, jew l-Iskapular li jsib l-għeruq tiegħu fl-Ordni Karmelitan bħala s-sinjal estern tal-Konsagrazzjoni tagħna lil Alla u lill-Imqaddsa Verġni Marija, kif ukoll is-sinjal tal-Patronat jew il-ħarsien tagħha fuqna. Din il-libsa reliġjuża ma jxidduhiex biss ir-reliġjużi rġiel u nisa Karmelitani, imma wkoll il-Karmelitani Sekulari (lajċi u kleru djoċesan) li jħossu s-sejħa biex jgħixu l-ħajja Karmelitana skont l-istat tagħhom. Il-Labtu jew l-Iskapular magħmul minn biċċjtejn drapp kannella marbutin flimkien b’żewġ żigarelli bojod u li jintlibes fuq l-ispallejn għal fuq is-sider u d-dahar, ma huwa xejn iktar ħlief il-libsa reliġjuża Karmelitana mqassra għal użu iktar prattiku.

Publicada em: Espiritual
  • Seja o primeiro a comentar

Il-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu

  1. 1.                                     Patrijiet  Karmelitani   Kunvent  tal-­‐Karmnu   Triq  Villegaignon   Mdina.  MDN  1190     www.carmelitepriory.org   info@carmelitepriory.org   facebook:  Carmelite  Priory  Mdina                                                              
  2. 2. Il-­‐Labtu  tal-­‐Madonna  tal-­‐Karmnu   ORIĠINI,  TIFSIRA  U  PUNTI  PRATTIĊI     Il-­‐Labtu  tal-­‐Karmnu  huwa  wieħed  mis-­‐simboli  l-­‐kbar  ta'  l-­‐ ispiritwalità   Karmelitana.   Minn   fejn   ġie   u   x'tifsira   għandu   dan   is-­‐simbolu?   Biex   nifhmu   aħjar,   nagħtu   daqqa   t'għajn   lejn   in-­‐natura   proprja   tal-­‐Labtu   fl-­‐ambjent   storiku   u   teoloġiku  tiegħu.     1.  L-­‐Oriġini  tal-­‐Labtu   Sa   mis-­‐seklu   tlieta,   mal-­‐bidu   tal-­‐monastiċiżmu,   kienet   drawwa   komuni   li   dawk   li   jiddeċiedu   li   jagħtu   ħajjithom   għall-­‐imħabba   ta'   Kristu   jilbsu   lbies   speċjali   li   jfisser   id-­‐ dmirijiet  tal-­‐ħajja  li  għażlu.  Dan  l-­‐ilbies  kien  għalihom  sinjal   ħaj  li  huma  mhumiex  aktar  tad-­‐dinja  imma  ta'  Ġesù  Kristu.   Il-­‐Labtu   jfisser   proprju   dan   l-­‐ilbies   reliġjuż   li   juri   appartenenza  lil  Kristu.     Fiż-­‐Żminijiet   tan-­‐Nofs,   meta   l-­‐monastiċiżmu   u   l-­‐Ordnijiet   mendikanti   żviluppaw   ruħhom   aħjar,   minħabba   l-­‐influss   tas-­‐sistema   fewdali,   l-­‐għamla   tal-­‐libsa   kienet   tfisser   ukoll   rabta   bejn   is-­‐sid   u   l-­‐qaddej.   F'din   is-­‐sistema   l-­‐foqra   kienu   jintefgħu   b'ruħhom   u   ġisimhom   għall-­‐qadi   tas-­‐sidien   fewdali   filwaqt   li   dawn   min-­‐naħa   tagħhom   kienu   jaħsbulhom   għall-­‐għixien   u   jaqbżu   għalihom.   Imma   qabel   ma   wieħed   kien   jidħol   biex   jagħmel   parti   minn   din   is-­‐ sistema,  kienet  issir  bħal  speċi  ta'  ċerimonja,  il-­‐wegħda  min-­‐ naħa   l-­‐waħda   u   l-­‐għotja   ta'   libsa   min-­‐naħa   l-­‐oħra.   Lil   min   kien   iwiegħed   f'riġlejh   li   lest   li   jaqdih   f'kollox,   is-­‐sid   kien   jagħtih  libsa,  bħal  speċi  ta'  uniformi,  li  kienet  tagħżlu  u  turi   lil  liema  sid  jappartieni.  Dan  ir-­‐rit  insibuh  ukoll  fl-­‐Ordnijiet   religjużi   u   ħadet   il-­‐forma   tal-­‐voti   li   jagħmlu   n-­‐novizzi   f'riġlejn  is-­‐superjur  quddiem  l-­‐altar  u  l-­‐libsa  jew  it-­‐tonka  li   hu  jagħtihom.  Il-­‐libsa  sservi  biex  tagħżel  u  tipproteġi  lil  min   jissieħeb   f'dak   l-­‐Ordni   u   fl-­‐istess   ħin   tfakkar   u   turi   li   hu   mogħti   kollu   kemm   hu   lill-­‐Mulej.   Fl-­‐Ordni   Karmelitan   il-­‐ libsa   reliġjuża   mhijiex   bissa   sinjal   tal-­‐għotja   u   l-­‐ konsagrazzjoni  lil  Alla  imma  wkoll  lil  Marija.  Il-­‐Karmelitani   jingħataw  kollhom  kemm  huma  lilha  u  hi  min-­‐naħa  tagħha   tħarishom  u  tagħrafhom  li  huma  tagħha.     Id-­‐devozzjoni  lejn  il-­‐Labtu  tal-­‐Madonna  tal-­‐Karmnu  bdiet  fl-­‐ Ingilterra   fi   tmiem   is-­‐seklu   tlettax   meta   l-­‐Ordni   kien   għaddej  minn  persekuzzjoni  qalila.  Imma  Marija,  il-­‐Patruna,   dejjem   daħlet   għall-­‐għeżież   tagħha,   u   lill-­‐Karmelitani   għenithom  joħorġu  rebbieħa  fuq  dawk  li  riedu  jagħmlulhom   il-­‐ħsara.  Meta  l-­‐Ordni,  imdawwar  kif  kien  minn  tant  tfixkil  u   theddid   kien   wasal   f'xifer   il-­‐qerda   tiegħu,   it-­‐Tradizzjoni   twasslilna   l-­‐ġrajja   li   San   Xmun   Stock,   Ġeneral   tal-­‐Ordni   Karmelitan,   waqt   li   b'qalbu   magħfusa   u   kollu   ħeġġa   kien   qiegħed  jitlob  l-­‐għajnuna  lill-­‐Madonna  għall-­‐Ordni  bit-­‐talba   tal-­‐Flos  Carmeli  (Fjur  tal-­‐Karmelu),  huwa  f’telfa  mistika  jara   lill-­‐Verġni  Mbierka  Marija  li  hija  u  turih  il-­‐libsa  Karmelitana   –jew   il-­‐Labtu-­‐   qaltlu:   “dan   ikun   is-­‐sinjal   għalik   u   għall-­‐
  3. 3. Karmelitani   kollha,   li   min   imut   fih   ma   jintilifx”.   Il-­‐Labtu   huwa    dan  is-­‐sinjal  tal-­‐ħelsien  mill-­‐qerda,  li  tmut  fih  ifisser  li   tippersevera   minkejja   t-­‐tiġrib   fil-­‐mixja   tal-­‐fidi,   tama   u   mħabba   wara   Ġesù   Kristu   taħt   il-­‐ħarsien   ta’   Marija   l-­‐ Patruna  tagħhom,  li  lilha  kienu  ddedikaw  l-­‐Ordni  u  lilhom   infushom.  U  ladarba  l-­‐libsa  kienet  ir-­‐rahan  ta'  l-­‐għixien  u  l-­‐ protezzjoni   li   s-­‐sid   jew   il-­‐patrun   kien   jagħti   lill-­‐qaddejja   tiegħu,   hekk   huma   emmnu   li   permezz   tal-­‐libsa   mqaddsa   tagħhom,  il-­‐Labtu,  Marija  toħroġhom  rebbieħa.       Għaldaqstant  il-­‐Labtu  tal-­‐Madonna  tal-­‐Karmnu  huwa  l-­‐libsa   mqaddsa  tal-­‐Ordni  Karmelitan,  li  juri  r-­‐rabta  li  tgħaddi  bejn   Marija  u  dawk  li  jxidduh  fuqhom.     2.  Il-­‐konsagrazzjoni  tagħna  lill-­‐Madonna   Biż-­‐żmien   id-­‐devozzjoni   lejn   il-­‐Labtu   tal-­‐Karmnu   xterdet   minn  fost  il-­‐patrijiet  Karmelitani  għall-­‐Knisja  kollha,  hekk  li   twaqqfu  bosta  Konfraternitajiet  tal-­‐Karmnu  u  ħafna  knejjes   ġew  iddedikati  lill-­‐Madonna  tal-­‐Karmnu.  Il-­‐Papiet  ,  fosthom   Ljun  XIII,  Piju  XII,  Pawlu  VI,  Ġwanni  Pawlu  II,  Benedittu  XVI     għarfu   fih   mezz   effikaċi   ta’   evanġelizzazjoni   u   għajnuna   qawwija  fil-­‐mixja  tagħna  wara  Kristu  fl-­‐ispirtu  ta’  Marija.     Kull   nisrani   huwa   msejjaħ   biex   ikun   qaddis.   Kulħadd   hu   mitlub   minn   Ġesù   Kristu   biex   ikun   perfett:   "Kunu  perfetti,   bħalma  hu  perfett  Missierkom  li  hu  fis-­‐smewwiet."  Niksbu  l-­‐ perfezzjoni   jekk   kemm-­‐il   darba   aħna   ngħixu   bir-­‐reqqa   kollha   fl-­‐imħabba   ta'   Alla,   billi   nimitaw   bil-­‐fedeltà   u   l-­‐ ġenerozità  kollha  lil  Ġesù  Kristu.  Hu  t-­‐triq,  il-­‐verità  u  l-­‐ħajja,   u  ħadd  ma  jista'  jmur  għand  il-­‐Missier  jekk  mhux  permezz   tiegħu  (Ġw  14,6).  Ġesù  mexa  fit-­‐triq  tar-­‐rabta  tiegħu  mar-­‐ rieda  ta'  Alla  l-­‐Missier:  "Jien  dejjem  nagħmel  dak  li  jogħġob   lilu",  "Tkun  magħmula  r-­‐rieda  tiegħek,  u  mhux  tiegħi."  Aħna   msejħin  għal  dan  l-­‐ideal.     Fil-­‐mixja   wara   Kristu,   Marija   hi   l-­‐aqwa   mudell   tal-­‐qdusija.   Hi  l-­‐ewwel  dixxiplu  li  għamel  il-­‐mixja  tal-­‐fidi  u  allura  ħadd   daqsha   ma   jista’   jħeġġiġna   biex   nagħmlu   dak   li   ordnalna   Binha.  Il-­‐Labtu  tal-­‐Madonna  tal-­‐Karmnu  huwa  wieħed  mis-­‐ sagramentali   tal-­‐Knisja   li   jgħin   lin-­‐nisrani   jilbes   lil   Kristu.   Permezz  tal-­‐Labtu  n-­‐nisrani  jidħol  f'relazzjoni  speċjali  ma'   Marija.   Hija   relazzjoni   li   għandha   l-­‐karattru   ta'   konsagrazzjoni,   għax   permezz   tal-­‐Labtu   n-­‐nisrani   jibda   jagħmel   parti   minn   Ordni   religjuż   "dedikat",   jiġifieri   "ikkonsagrat"   lilha   sa   mit-­‐twaqqif   tiegħu.   Għaldaqstant   il-­‐ konsagrazzjoni   lil   Marija   tfisser   li   wieħed   iwiegħed   li   jagħmel   ħiltu   biex   jimxi   fuq   l-­‐eżempju   tagħha,   mera   tal-­‐ qdusija   ta'   Alla,   speċjalment   fl-­‐imħabba   tagħha   lejn   il-­‐ proxxmu,  fit-­‐talb  bla  heda  u  fir-­‐rabta  qawwija  tagħha  mar-­‐ rieda  ta'  Alla.     Meta   wieħed   jilbes   il-­‐Labtu   jew   il-­‐libsa   ta'   Ordni   reliġjuż   ifisser  li  jrid  jimxi  fuq  l-­‐eżempju  u  jilħaq  l-­‐għan  ta'  l-­‐istess   Ordni.   Għaldaqstant   min   jidħol   jagħmel   parti   mill-­‐Familja   Karmelitana   permezz   tal-­‐Labtu   mqaddes   ifisser   li   jrid   jaqbad   triq   speċjali   li   twasslu   biex   jilħaq   l-­‐għan   li   għalih  
  4. 4. twaqqaf  l-­‐Ordni  Karmelitan.  Hawn  ta'  min  izid  li  permezz  ta'   din  l-­‐għazla  n-­‐nisrani  jidħol  għall-­‐ispiritwalità  kollha  kemm   hi  ta'  l-­‐Ordni.  L-­‐att  ta'  konsagrazzjoni  huwa  l-­‐impenn  l-­‐aktar   għoli   ta'   fedeltà   li   jsir   lil   Alla,   u   li   wieħed   jidħol   għalih   permezz  ta'  Marija  għandu  garanzija  kbira  li  ser  jirnexxielu.     L-­‐att   tal-­‐konsagrazzjoni   jsir   fil-­‐vestizzjoni,   jiġifieri   f'dak   il-­‐ waqt   li   n-­‐nisrani   jirċievi   għall-­‐ewwel   darba   l-­‐Labtu   tal-­‐ Madonna   tal-­‐Karmelu.   Meta   mbagħad   iġibu   fuqu,   kif   suppost   jagħmel,   huwa   juri   quddiem   kulħadd   li   għandu   rabta   specjali   ma'   Marija.   Fl-­‐istess   waqt   ifakkru   li   huwa   mogħti   lill-­‐Madonna   u   jappartieni   lilha   fi   ħdan   il-­‐Familja   Karmelitana.     3.  Punti  prattiċi  dwar  il-­‐Labtu   •   Id-­‐devozzjoni   lejn   il-­‐Labtu   tal-­‐Madonna   tal-­‐Karmnu   hija   devozzjoni  approvata  mill-­‐Knisja  għal  aktar  minn  seba'  mitt   sena.     •  Min  jinkiteb  fil-­‐Labtu,  jinkiteb  darba  biss  minn  saċerdot,   preferibbilment  Karmelitan  li  jilqgħu  u  jsieħbu  fl-­‐Ordni.     •  Wara  l-­‐kitba  fil-­‐Labtu,  fejn  hemm  diffikultà  li  jintlibes  il-­‐ Labtu   tad-­‐drapp,   il-­‐Papa   Piju   XII   kien   ta   permess   li   tista'   tintlbes  domna  li  fuq  naħa  waħda  jkollha  x-­‐xbieha  tal-­‐Qalb   ta'   Ġesu'   u   fuq   in-­‐naħa   l-­‐oħra   x-­‐xbieha   tal-­‐Madonna   tal-­‐ Karmnu.     •   Il-­‐Labtu   jistedinna   biex   ngħixu   ta'   veri   nsara   skond   ma   jitlob   minna   l-­‐Evanġelju,   biex   nircievu   s-­‐sagramenti   u   nistqarru   d-­‐devozzjoni   speċjali   tagħna   lejn   il-­‐Verġni   Mbierka  billi:     -­‐   bħalha   ngħixu   b'qalbna   miftuħa   għal   Alla   u   għar-­‐rieda   tiegħu  murija  fil-­‐ġrajjiet  tal-­‐ħajja,     -­‐  bħalha  nisimgħu  l-­‐Kelma  ta'  Alla  fil-­‐Kotba  Mqaddsa  u  fil-­‐ ħajja   ta'   kuljum,   nemmnuha,   ngħożżuha   u   nagħmlu   dak   li   titlobna,     -­‐  nishru  bla  waqfien  fit-­‐talb  biex  insibu  'l  Alla  preżenti  fil-­‐ ġrajjiet  kollha,     -­‐  ngħixu  qrib  ħutna  fil-­‐bżonn  u  ngħinuhom  fi  ħtiġijiethom     4.  Prattika  ta’  devozzjoni     • Ilbes  il-­‐labtu  b’devozzjoni  u  kull  filgħodu  malli  tqum   u   filgħaxija   qabel   torqod,   bus   il-­‐Labtu   u   ġedded   il-­‐ konsagrazzjoni  tiegħek  lil  Marija  u  itlobha  tagħtik  il-­‐ perseveranza  fil-­‐qadi  ta’  Alla.   • Għix  il-­‐virtù  tas-­‐safa  skont  l-­‐istat  tiegħek   • Itlob   it-­‐talba   tar-­‐Rużarju   u   l-­‐Kurunella   tal-­‐Madonna   tal-­‐Karmnu   • Sum   u   astjeni   mil-­‐laħam   nhar   ta’   Erbgħa,   nhar   ta’   Ġimgħa  u  nhar  ta’  Sibt.   • Iċċelebra  l-­‐festi  ta’  Marija,  kif  ukoll  il-­‐jiem  tal-­‐Erbgħa   u   s-­‐Sibt   dedikati   lit-­‐tifkira   tagħha   b’devozzjoni   u   qima  speċjali  l-­‐aktar  permezz  ta’  qrara  u  tqarbina.   • Kull   sena   żomm   it-­‐tifkira   tal-­‐konsagrazzjoni   tiegħek   lil   Marija   fil-­‐Labtu   tal-­‐Karmnu   u   ġedded   din   il-­‐ konsagrazzjoni  tiegħek  lilha.  

×