SlideShare a Scribd company logo
1 of 1
Download to read offline
25XJENZA 14|08|2016kullhadd.com
CLAYTON
CUTAJAR
B.Ed (Hons.), M.Ed. fix-Xjenzi
Waħda mill-aktar affarijiet
importanti għall-annimali hi
s-sopravivenza. Fis-selvaġġ,
l-annimali jagħmlu minn kollox
sabiex isibu l-ikel, ikollhom
iż-żgħar, jipproteġuhom u,
fl-aħħar mill-aħħar, sabiex
jibqgħu ħajjin huma stess.
Dawk l-annimali li huma l-aktar
adattati għall- ambjent li jgħixu
fih, hemm ċans li jkollhom
aktar suċċess f’dan kollu. Hawn
diversi annimali li saħansitra
jqarrqu bl-annimali l-oħra
sabiex jipproteġu ruħhom
jew sabiex jattiraw lill-priża
tagħhom. Dan ħafna drabi
jagħmluh billi jimitaw annimali
aktar perikolużi minnhom
jew lill-priża stess, kemm fl-
apparenza, f’xi ħoss jew f’xi
ċaqliq permezz ta’ mimicry.
Hawndiversiannimalilijqarrqu
b’annimali oħra permezz tal-
apparenza tagħhom. Eżempju
ċar ta’ dan hu dak tal-owl butterfly
li, meta jilmaħ jew iħoss xi
predatur fil-viċinanzi tiegħu,
jiftaħ ġwinħajh u permezz ta’
disinni jifforma wiċċ ta’ kokka.
Dan it-tip ta’ xebh isir bejn żewġ
annimali fejn wieħed minnhom
biss hu mgħammar b’affarijiet
li jipproteġuh. F’dan il-każ
partikolari, il-predaturi tal-
farfett huma l-għasafar. Meta
xi għasfur ikun qiegħed itir fuq
dan il-farfett u taħtu jara forma
li tixbah ħafna l-wiċċ ta’ kokka,
dan jibqa’ għaddej mingħajr ma
jagħti s-salt għall-farfett.
Numru ta’ annimali oħra
maż-żmien evolvew b’tali
mod li ġisimhom ġie jixbah
ħafna lil dak ta’ xi speċi
oħra mgħammra b’velenu
jew xewk għall-protezzjoni.
Numru kbir ta’ kamla (moths)
evolvew b’tali forma, ħsejjes u
saħansitra kuluri li jixbhu liż-
żnażan. Dawn tal-aħħar huma
mgħammra b’xewk u b’attitudni
aktar aggressiva minn dik tal-
kamla. Hemm ukoll xi sriep li
mhumiex velenużi u li evolvew
b’tali kuluri li jixbhu sriep oħra
velenużi. Fl-Amerika, il-king
snake mhuwiex serp velenuż,
però fl-għamla u fil-kuluri
jixbah ħafna lil serp ieħor
velenuż magħruf bħala l-coral
snake. Teżisti wkoll taqbila
sabiex tgħin lin-nies jagħrfu
bejn dawn it-tnejn li tgħid hekk:
Red and yellow, kill a fellow; red and
black, friend of Jack.
Jeżistu wkoll numru sostanzjali
ta’ eżempji oħra ta’ mimicry,
speċjalment fl-insetti. Jekk
wieħed jieħu l-fawna lokali
jirrealizza li, fost l-insetti, il-
kuluri jgħajtu, speċjalment
l-aħmar, huma komuni f’aktar
minn speċi waħda. Dawn
il-kuluri jgħajtu fl-annimali
għandhom messaġġ marbut
magħhom – dak ta’ twissija.
Ħafna drabi dawn l-insetti
jkollhom kimiki li jagħmlu xi
tip ta’ ħsara lill-annimali l-oħra
li jikluhom. Jista’ jkun ukoll li
l-kulur qiegħed iwissi periklu
għax l-insett partikolari hu
aggressiv. L-insett magħruf
bħala s-suldat kif ukoll dak
magħruf bħala s-seffud tal-
ġamar għandhom kuluri ħomor
jgħajtu ta’ twissija. Bħalhom
għandha wkoll in-nannakola u
dawn ilkoll għandhom kuluri
jkanġu fl-aħmar. Dan hu tip
ta’ mimicry fejn diversi speċi
jevolvu b’kuluri jew apparenzi
simili sabiex isaħħu l-messaġġ
ta’ twissija u għalhekk
jassiguraw aktar protezzjoni
lejn l-individwi tagħhom.
Dan il-qerq fl-annimali jintuża
għal ħafna skopijiet oħra. Fir-
rainforests, ċertu fireflies femminili
mill-ġeneru Photuris jipproduċu
l-istess tip ta’ dawl bl-istess
frekwenza preċisa bħal nisa ta’
speċi oħra mill-ġeneru Photinus.
Metal-irġielmill-ġeneruPhotinus
jilmħu dan id-dawl u teptip
speċifiku, jitilqu minnufih lejh
mingħalihom li se jsibu l-mara
tal-istess ġeneru tagħhom, però,
minflok, isibu mara tal-ġeneru
l-ieħor li hi pjuttost akbar u
aggressiva u tispiċċa tikolhom.
F’dan il-każ partikolari dawn
l-irġiel huma sors ta’ kimika
importanti li żżomm lil wieħed
mill-predaturi tagħhom – il-
brimb – ’il bogħod. Jekk hawn
min qiegħda taħarqu qalbu
għal dawn il-fireflies irġiel,
nistgħu nibqgħu ċerti li fis-
selvaġġ diffiċli nsibu annimali
b’attitudni altruwista. Fil-fatt,
l-istess irġiel jużaw tip ta’ qerq
ieħor sabiex jattiraw lin-nisa.
Dawn evolvew b’tali mod li
jteptpu tip ta’ dawl u saħansitra
jtiru f’ċertu għoli bħal xi insetti
oħra li huma priża tal-fireflies. In-
nisa jersqu lejhom mingħalihom
li se jsibu l-ikla tagħhom u
minflok isibu individwu raġel
lest għat-tgħammir.
Kif għedna fil-bidu, dan kollu
jsir sabiex l-annimali jassiguraw
is-sopravivenza tagħhom. Maż-
żmien evolvew tali karatteristiċi
jew attitudnijiet li jagħtuhom
vantaġġ fuq annimali oħra.
Dawn allura jirnexxilhom
jibqgħu ħajjin għal aktar żmien,
jgħammru u jkollhom iż-żgħar.
B’hekk dawn il-karatteristiċi
vantaġġjużi jibqgħu jintirtu
minn ġenerazzjoni għal oħra
u saħansitra dejjem jirfinaw
skont kif jinbidel l-ambjent
li jgħixu fih. Dawk l-annimali
li ma jkollomx karatteristiċi
vantaġġjużi, sfortunatament
maż-żmien dejjem jonqsu fin-
numru u saħansitra jistgħu jiġu
estinti.
IL-QERQ BEJN L-ANNIMALI

More Related Content

Featured

PEPSICO Presentation to CAGNY Conference Feb 2024
PEPSICO Presentation to CAGNY Conference Feb 2024PEPSICO Presentation to CAGNY Conference Feb 2024
PEPSICO Presentation to CAGNY Conference Feb 2024Neil Kimberley
 
Content Methodology: A Best Practices Report (Webinar)
Content Methodology: A Best Practices Report (Webinar)Content Methodology: A Best Practices Report (Webinar)
Content Methodology: A Best Practices Report (Webinar)contently
 
How to Prepare For a Successful Job Search for 2024
How to Prepare For a Successful Job Search for 2024How to Prepare For a Successful Job Search for 2024
How to Prepare For a Successful Job Search for 2024Albert Qian
 
Social Media Marketing Trends 2024 // The Global Indie Insights
Social Media Marketing Trends 2024 // The Global Indie InsightsSocial Media Marketing Trends 2024 // The Global Indie Insights
Social Media Marketing Trends 2024 // The Global Indie InsightsKurio // The Social Media Age(ncy)
 
Trends In Paid Search: Navigating The Digital Landscape In 2024
Trends In Paid Search: Navigating The Digital Landscape In 2024Trends In Paid Search: Navigating The Digital Landscape In 2024
Trends In Paid Search: Navigating The Digital Landscape In 2024Search Engine Journal
 
5 Public speaking tips from TED - Visualized summary
5 Public speaking tips from TED - Visualized summary5 Public speaking tips from TED - Visualized summary
5 Public speaking tips from TED - Visualized summarySpeakerHub
 
ChatGPT and the Future of Work - Clark Boyd
ChatGPT and the Future of Work - Clark Boyd ChatGPT and the Future of Work - Clark Boyd
ChatGPT and the Future of Work - Clark Boyd Clark Boyd
 
Getting into the tech field. what next
Getting into the tech field. what next Getting into the tech field. what next
Getting into the tech field. what next Tessa Mero
 
Google's Just Not That Into You: Understanding Core Updates & Search Intent
Google's Just Not That Into You: Understanding Core Updates & Search IntentGoogle's Just Not That Into You: Understanding Core Updates & Search Intent
Google's Just Not That Into You: Understanding Core Updates & Search IntentLily Ray
 
Time Management & Productivity - Best Practices
Time Management & Productivity -  Best PracticesTime Management & Productivity -  Best Practices
Time Management & Productivity - Best PracticesVit Horky
 
The six step guide to practical project management
The six step guide to practical project managementThe six step guide to practical project management
The six step guide to practical project managementMindGenius
 
Beginners Guide to TikTok for Search - Rachel Pearson - We are Tilt __ Bright...
Beginners Guide to TikTok for Search - Rachel Pearson - We are Tilt __ Bright...Beginners Guide to TikTok for Search - Rachel Pearson - We are Tilt __ Bright...
Beginners Guide to TikTok for Search - Rachel Pearson - We are Tilt __ Bright...RachelPearson36
 
Unlocking the Power of ChatGPT and AI in Testing - A Real-World Look, present...
Unlocking the Power of ChatGPT and AI in Testing - A Real-World Look, present...Unlocking the Power of ChatGPT and AI in Testing - A Real-World Look, present...
Unlocking the Power of ChatGPT and AI in Testing - A Real-World Look, present...Applitools
 
12 Ways to Increase Your Influence at Work
12 Ways to Increase Your Influence at Work12 Ways to Increase Your Influence at Work
12 Ways to Increase Your Influence at WorkGetSmarter
 
Ride the Storm: Navigating Through Unstable Periods / Katerina Rudko (Belka G...
Ride the Storm: Navigating Through Unstable Periods / Katerina Rudko (Belka G...Ride the Storm: Navigating Through Unstable Periods / Katerina Rudko (Belka G...
Ride the Storm: Navigating Through Unstable Periods / Katerina Rudko (Belka G...DevGAMM Conference
 
Barbie - Brand Strategy Presentation
Barbie - Brand Strategy PresentationBarbie - Brand Strategy Presentation
Barbie - Brand Strategy PresentationErica Santiago
 

Featured (20)

PEPSICO Presentation to CAGNY Conference Feb 2024
PEPSICO Presentation to CAGNY Conference Feb 2024PEPSICO Presentation to CAGNY Conference Feb 2024
PEPSICO Presentation to CAGNY Conference Feb 2024
 
Content Methodology: A Best Practices Report (Webinar)
Content Methodology: A Best Practices Report (Webinar)Content Methodology: A Best Practices Report (Webinar)
Content Methodology: A Best Practices Report (Webinar)
 
How to Prepare For a Successful Job Search for 2024
How to Prepare For a Successful Job Search for 2024How to Prepare For a Successful Job Search for 2024
How to Prepare For a Successful Job Search for 2024
 
Social Media Marketing Trends 2024 // The Global Indie Insights
Social Media Marketing Trends 2024 // The Global Indie InsightsSocial Media Marketing Trends 2024 // The Global Indie Insights
Social Media Marketing Trends 2024 // The Global Indie Insights
 
Trends In Paid Search: Navigating The Digital Landscape In 2024
Trends In Paid Search: Navigating The Digital Landscape In 2024Trends In Paid Search: Navigating The Digital Landscape In 2024
Trends In Paid Search: Navigating The Digital Landscape In 2024
 
5 Public speaking tips from TED - Visualized summary
5 Public speaking tips from TED - Visualized summary5 Public speaking tips from TED - Visualized summary
5 Public speaking tips from TED - Visualized summary
 
ChatGPT and the Future of Work - Clark Boyd
ChatGPT and the Future of Work - Clark Boyd ChatGPT and the Future of Work - Clark Boyd
ChatGPT and the Future of Work - Clark Boyd
 
Getting into the tech field. what next
Getting into the tech field. what next Getting into the tech field. what next
Getting into the tech field. what next
 
Google's Just Not That Into You: Understanding Core Updates & Search Intent
Google's Just Not That Into You: Understanding Core Updates & Search IntentGoogle's Just Not That Into You: Understanding Core Updates & Search Intent
Google's Just Not That Into You: Understanding Core Updates & Search Intent
 
How to have difficult conversations
How to have difficult conversations How to have difficult conversations
How to have difficult conversations
 
Introduction to Data Science
Introduction to Data ScienceIntroduction to Data Science
Introduction to Data Science
 
Time Management & Productivity - Best Practices
Time Management & Productivity -  Best PracticesTime Management & Productivity -  Best Practices
Time Management & Productivity - Best Practices
 
The six step guide to practical project management
The six step guide to practical project managementThe six step guide to practical project management
The six step guide to practical project management
 
Beginners Guide to TikTok for Search - Rachel Pearson - We are Tilt __ Bright...
Beginners Guide to TikTok for Search - Rachel Pearson - We are Tilt __ Bright...Beginners Guide to TikTok for Search - Rachel Pearson - We are Tilt __ Bright...
Beginners Guide to TikTok for Search - Rachel Pearson - We are Tilt __ Bright...
 
Unlocking the Power of ChatGPT and AI in Testing - A Real-World Look, present...
Unlocking the Power of ChatGPT and AI in Testing - A Real-World Look, present...Unlocking the Power of ChatGPT and AI in Testing - A Real-World Look, present...
Unlocking the Power of ChatGPT and AI in Testing - A Real-World Look, present...
 
12 Ways to Increase Your Influence at Work
12 Ways to Increase Your Influence at Work12 Ways to Increase Your Influence at Work
12 Ways to Increase Your Influence at Work
 
ChatGPT webinar slides
ChatGPT webinar slidesChatGPT webinar slides
ChatGPT webinar slides
 
More than Just Lines on a Map: Best Practices for U.S Bike Routes
More than Just Lines on a Map: Best Practices for U.S Bike RoutesMore than Just Lines on a Map: Best Practices for U.S Bike Routes
More than Just Lines on a Map: Best Practices for U.S Bike Routes
 
Ride the Storm: Navigating Through Unstable Periods / Katerina Rudko (Belka G...
Ride the Storm: Navigating Through Unstable Periods / Katerina Rudko (Belka G...Ride the Storm: Navigating Through Unstable Periods / Katerina Rudko (Belka G...
Ride the Storm: Navigating Through Unstable Periods / Katerina Rudko (Belka G...
 
Barbie - Brand Strategy Presentation
Barbie - Brand Strategy PresentationBarbie - Brand Strategy Presentation
Barbie - Brand Strategy Presentation
 

Qerq

  • 1. 25XJENZA 14|08|2016kullhadd.com CLAYTON CUTAJAR B.Ed (Hons.), M.Ed. fix-Xjenzi Waħda mill-aktar affarijiet importanti għall-annimali hi s-sopravivenza. Fis-selvaġġ, l-annimali jagħmlu minn kollox sabiex isibu l-ikel, ikollhom iż-żgħar, jipproteġuhom u, fl-aħħar mill-aħħar, sabiex jibqgħu ħajjin huma stess. Dawk l-annimali li huma l-aktar adattati għall- ambjent li jgħixu fih, hemm ċans li jkollhom aktar suċċess f’dan kollu. Hawn diversi annimali li saħansitra jqarrqu bl-annimali l-oħra sabiex jipproteġu ruħhom jew sabiex jattiraw lill-priża tagħhom. Dan ħafna drabi jagħmluh billi jimitaw annimali aktar perikolużi minnhom jew lill-priża stess, kemm fl- apparenza, f’xi ħoss jew f’xi ċaqliq permezz ta’ mimicry. Hawndiversiannimalilijqarrqu b’annimali oħra permezz tal- apparenza tagħhom. Eżempju ċar ta’ dan hu dak tal-owl butterfly li, meta jilmaħ jew iħoss xi predatur fil-viċinanzi tiegħu, jiftaħ ġwinħajh u permezz ta’ disinni jifforma wiċċ ta’ kokka. Dan it-tip ta’ xebh isir bejn żewġ annimali fejn wieħed minnhom biss hu mgħammar b’affarijiet li jipproteġuh. F’dan il-każ partikolari, il-predaturi tal- farfett huma l-għasafar. Meta xi għasfur ikun qiegħed itir fuq dan il-farfett u taħtu jara forma li tixbah ħafna l-wiċċ ta’ kokka, dan jibqa’ għaddej mingħajr ma jagħti s-salt għall-farfett. Numru ta’ annimali oħra maż-żmien evolvew b’tali mod li ġisimhom ġie jixbah ħafna lil dak ta’ xi speċi oħra mgħammra b’velenu jew xewk għall-protezzjoni. Numru kbir ta’ kamla (moths) evolvew b’tali forma, ħsejjes u saħansitra kuluri li jixbhu liż- żnażan. Dawn tal-aħħar huma mgħammra b’xewk u b’attitudni aktar aggressiva minn dik tal- kamla. Hemm ukoll xi sriep li mhumiex velenużi u li evolvew b’tali kuluri li jixbhu sriep oħra velenużi. Fl-Amerika, il-king snake mhuwiex serp velenuż, però fl-għamla u fil-kuluri jixbah ħafna lil serp ieħor velenuż magħruf bħala l-coral snake. Teżisti wkoll taqbila sabiex tgħin lin-nies jagħrfu bejn dawn it-tnejn li tgħid hekk: Red and yellow, kill a fellow; red and black, friend of Jack. Jeżistu wkoll numru sostanzjali ta’ eżempji oħra ta’ mimicry, speċjalment fl-insetti. Jekk wieħed jieħu l-fawna lokali jirrealizza li, fost l-insetti, il- kuluri jgħajtu, speċjalment l-aħmar, huma komuni f’aktar minn speċi waħda. Dawn il-kuluri jgħajtu fl-annimali għandhom messaġġ marbut magħhom – dak ta’ twissija. Ħafna drabi dawn l-insetti jkollhom kimiki li jagħmlu xi tip ta’ ħsara lill-annimali l-oħra li jikluhom. Jista’ jkun ukoll li l-kulur qiegħed iwissi periklu għax l-insett partikolari hu aggressiv. L-insett magħruf bħala s-suldat kif ukoll dak magħruf bħala s-seffud tal- ġamar għandhom kuluri ħomor jgħajtu ta’ twissija. Bħalhom għandha wkoll in-nannakola u dawn ilkoll għandhom kuluri jkanġu fl-aħmar. Dan hu tip ta’ mimicry fejn diversi speċi jevolvu b’kuluri jew apparenzi simili sabiex isaħħu l-messaġġ ta’ twissija u għalhekk jassiguraw aktar protezzjoni lejn l-individwi tagħhom. Dan il-qerq fl-annimali jintuża għal ħafna skopijiet oħra. Fir- rainforests, ċertu fireflies femminili mill-ġeneru Photuris jipproduċu l-istess tip ta’ dawl bl-istess frekwenza preċisa bħal nisa ta’ speċi oħra mill-ġeneru Photinus. Metal-irġielmill-ġeneruPhotinus jilmħu dan id-dawl u teptip speċifiku, jitilqu minnufih lejh mingħalihom li se jsibu l-mara tal-istess ġeneru tagħhom, però, minflok, isibu mara tal-ġeneru l-ieħor li hi pjuttost akbar u aggressiva u tispiċċa tikolhom. F’dan il-każ partikolari dawn l-irġiel huma sors ta’ kimika importanti li żżomm lil wieħed mill-predaturi tagħhom – il- brimb – ’il bogħod. Jekk hawn min qiegħda taħarqu qalbu għal dawn il-fireflies irġiel, nistgħu nibqgħu ċerti li fis- selvaġġ diffiċli nsibu annimali b’attitudni altruwista. Fil-fatt, l-istess irġiel jużaw tip ta’ qerq ieħor sabiex jattiraw lin-nisa. Dawn evolvew b’tali mod li jteptpu tip ta’ dawl u saħansitra jtiru f’ċertu għoli bħal xi insetti oħra li huma priża tal-fireflies. In- nisa jersqu lejhom mingħalihom li se jsibu l-ikla tagħhom u minflok isibu individwu raġel lest għat-tgħammir. Kif għedna fil-bidu, dan kollu jsir sabiex l-annimali jassiguraw is-sopravivenza tagħhom. Maż- żmien evolvew tali karatteristiċi jew attitudnijiet li jagħtuhom vantaġġ fuq annimali oħra. Dawn allura jirnexxilhom jibqgħu ħajjin għal aktar żmien, jgħammru u jkollhom iż-żgħar. B’hekk dawn il-karatteristiċi vantaġġjużi jibqgħu jintirtu minn ġenerazzjoni għal oħra u saħansitra dejjem jirfinaw skont kif jinbidel l-ambjent li jgħixu fih. Dawk l-annimali li ma jkollomx karatteristiċi vantaġġjużi, sfortunatament maż-żmien dejjem jonqsu fin- numru u saħansitra jistgħu jiġu estinti. IL-QERQ BEJN L-ANNIMALI